EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0256

Kawża T-256/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2009 — AECOPS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/09)

2009/C 220/71

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção, Obras Públicas e Serviços (AECOPS) (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. L. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li tirrigwarda l-Fajl Nru 890771 P1, tal-21 ta’ Ġunju 2005, li biha qed titnaqqas bi PTE 48 504 201 l-għajnuna approvata bid-Deċiżjoni C(89) 0570, tat-22 ta’ Marzu, filwaqt li teżiġi li tingħata l-ammont ta’ PTE 53 310 198;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tad-dritt ta’ smigħ minn qabel: ir-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva ta’ tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja, li jirrifletti esklużjoni ta’ formalità essenzjali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha timplika l-annullament ta’ din id-deċiżjoni.

Ksur tal-principju ta’ ċertezza legali minħabba preskrizzjoni tal-proċedura u dewmien eċċessiv għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni.

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni: id-deċiżjoni kkontestata ma tesponix, lanqas fil-qosor, ir-raġunijiet li taw lok għat-tnaqqis fl-għajnuna.


Top