EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TB0504

Kawża T-504/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Mologen vs UASI (dSLIM) ( Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni )

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/32


Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mologen vs UASI (dSLIM)

(Kawża T-504/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2009/C 220/67

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1077/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “dSLIM” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44 21.2.2009.


Top