EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0258

Kawża C-258/09: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-258/09)

2009/C 220/47

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi awtorizza, fir-reġjuni tal-Vallonja, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikli 3, 7, 9, 10, 13, 14, punti a) u b), u 15(2), u dan minkejja l-iskadenza tat-30 ta’ Ottubru 2007, kif inhu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex l-impjanti eżistenti li jistgħu jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġiż isiru konformi skada fit-30 ta’ Ottubru 2007, b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma dan ir-rekwiżit fir-reġjuni tal-Vallonja jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 24, p. 8.


Top