EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0233

Kawża C-233/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fis- 26 ta’ Ġunju 2009 — G.A. Dijkman u M.A. Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — G.A. Dijkman u M.A. Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat

(Kawża C-233/09)

2009/C 220/38

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gerhard Dijkman u Maria Dijkman-Lavaleije

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Il-fatt li residenti Belġjani li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus barra mill-pajjiż, pereżempju fl-Olanda, sabiex jevitaw li jħallsu t-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92, jiġu obbligati jużaw is-servizzi ta’ intermedjarju Belġjan sabiex jiksbu l-ħlas tad-dħul min proprjetà mobbli filwaqt li r-residenti li jwettqu investimenti jew jiddepożitaw flus fil-Belġju dejjem jistgħu jibbenefikaw mis-sistema ta’ ħlas minn ras il-għajn fuq proprjetà mobbli liberatorju stabbilita bl-Artikolu 313 WIB 92 u b’dan il-mod li jistgħu jevitaw it-taxxa muniċipali addizzjonali prevista bl-Artikolu 465 WIB92 minħabba li l-ħlas bil-quddiem fuq proprjetà mobbili diġa seħħ f’ras il-għajn, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 56(1) KE?


Top