EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0483

Kawża C-483/07 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas- 17 ta’ Frar 2009 — Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Appell — Rikors għal annullament — Riżervazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem tad-dominju galileo.eu — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE — Deċiżjoni li tikkonċerna individwalment persuna fiżika jew ġuridika — Rikors manifestament infondat)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Frar 2009 — Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-483/07 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Riżervazzjoni mill-Kummissjoni tal-isem tad-dominju “galileo.eu” - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE - Deċiżjoni li tikkonċerna individwalment persuna fiżika jew ġuridika - Rikors manifestament infondat)

2009/C 220/25

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG (rappreżentant: K. Bott, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u E. Montaguti, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ Awwissu 2007, fil-kawża T-46/06, Galileo Lebensmitte vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżerva, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004, tat-28 ta’ April 2004, li jippreskrivi r-regoli tal-politika pubblika li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-funzjonijiet tad-dominju tal-Ogħla Livell the.eu [.eu] u l-prinċipji li jirregolaw ir-reġistrazzjoni (ĠU L 162, p. 40), l-isem tad-dominju “galileo.eu” bħala isem ta’ dominju riżervat għall-użu tal-istituzzjonijiet, l-organi u l-korpi tal-Komunità — Rekwiżit li r-rikorrent ikun ikkonċernat individwalment mid-deċiżjoni kkontestata — Ksur tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Galileo Lebensmittel GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 8, 12.1.2008


Top