EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CU0001

Opinjoni 1/09: Talba għal opinjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 300(6) KE

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/15


Talba għal opinjoni mressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 300(6) KE

(Opinjoni 1/09)

2009/C 220/24

Lingwa tal-proċedura: Il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa mill-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-C. Piris, F. Florindo Gijón, G. Kimberley, aġenti)

Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-ftehim previst li joħloq sistema unifikata għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi (attwalment imsejjaħ “Qorti għal Privattivi Ewropej u Komunitarji”) (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?


(1)  Dokument ta’ ħidma tal-Kunsill rigward test rivedut tal-Presidenza dwar Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Qorti għal Privattivi Ewropej u Komunitarji u Abbozz ta’ Statut (Dokument 7928/09 tat-23 ta’ Marzu 2009).


Top