EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0189

Kawża C-189/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV/SA ( Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kunċett tal- post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq )

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek NV/SA

(Kawża C-189/08) (1)

(“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq””)

2009/C 220/18

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuid-Chemie BV

Konvenuta: Philippo’s Mineralenfabriek NV/SA

Suġġett

Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU 2001, L 12, p. 1) — Interpretazzjoni tal-kunċett tal-“post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” — Il-post fejn l-avveniment dannuż ikun twettaq — Il-post tal-avveniment kawżattiv (“Handlungsort”) u l-post fejn seħħet il-ħsara (“Erfolgsort”) — Kriterji ta’ rabta

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ kontestazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-frażi “post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] ikun twettaq” tirreferi għall-post fejn id-dannu inizjali seħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż.


(1)  ĠU C 183, 19.07.2008


Top