EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0056

Kawża C-56/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Pärlitigu OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus ( Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Subintestatura NM 05119110 — Subintestatura NM 03032200 — Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku — Regolament (KE) Nru 85/2006 — Dazji antidumping )

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tallinna Halduskohus — Ir-Repubblika tal-Estonja) — Pärlitigu OÜ vs Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

(Kawża C-56/08) (1)

(“Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Subintestatura NM 05119110 - Subintestatura NM 03032200 - Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku - Regolament (KE) Nru 85/2006 - Dazji antidumping”)

2009/C 220/12

Lingwa tal-kawża: L-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pärlitigu OÜ

Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti Põhja maksu- ja tollikeskus

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tallinna Halduskohus — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, p. 1), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali — Validità tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2006 tas-17 ta’ Jannar 2006, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ salamun imrobbi li joriġina min-Norveġja (ĠU L 15, p. 1) — Klassifikazzjoni fl-intestatura 0303220015 (salamun tat-trobbija ffriżat, oħrajn) jew 0511911000 (skart tal-ħut), għall-finijiet tal-ġbir ta’ dazji antidumping — Xewk tad-dahar iffriżat ta’ salamun tat-trobbija tal-Atlantiku miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xewk tad-dahar iffriżat tas-salamun tat-trobbija tal-Atlantiku (Salmo salar), miksub wara li l-ħut jinqata’ fi flettijiet, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 0303 22 00 bil-kundizzjoni li l-merkanzija tkun adattata għall-konsum mill-bniedem fil-mument tal-iżdoganar, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008


Top