EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0005

Kawża C-5/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — Id-Danimarka) — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening (Drittijiet tal-awtur — Soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikoli 2 u 5 — Xogħlijiet letterarji u artistiċi — Kunċett ta’ riproduzzjoni — Riproduzzjoni parzjali — Riproduzzjoni ta’ siltiet qosra minn xogħlijiet letterarji — Artikli tal-istampa — Riproduzzjonijiet temporanji u tranżitorji — Proċess tekniku li jikkonsisti fl-iskanjar diġitali ta’ artikli segwit minn tibdil f’fajl ta’ test, mill-ipproċessar elettroniku tar-riproduzzjoni, mill-ħażna ta’ parti minn din ir-riproduzzjoni u mill-istampar tagħha)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Højesteret — Id-Danimarka) — Infopaq International A/S vs Danske Dagblades Forening

(Kawża C-5/08) (1)

(Drittijiet tal-awtur - Soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikoli 2 u 5 - Xogħlijiet letterarji u artistiċi - Kunċett ta’ “riproduzzjoni” - Riproduzzjoni “parzjali” - Riproduzzjoni ta’ siltiet qosra minn xogħlijiet letterarji - Artikli tal-istampa - Riproduzzjonijiet temporanji u tranżitorji - Proċess tekniku li jikkonsisti fl-iskanjar diġitali ta’ artikli segwit minn tibdil f’fajl ta’ test, mill-ipproċessar elettroniku tar-riproduzzjoni, mill-ħażna ta’ parti minn din ir-riproduzzjoni u mill-istampar tagħha)

2009/C 220/10

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infopaq International A/S

Konvenut: Danske Dagblades Forening

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 5(1) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, p. 10) — Kumpannija li l-attività prinċipali tagħha tikkonsisti fir-redazzjoni ta’ sunti ta’ artikli ta’ ġurnali bl-użu tal-iskanjar — Ħażna ta’ silta minn artiklu li tikkonsisti f’kelma minn riċerka, flimkien mal-ħames kelmiet li jippreċeduha u l-ħames kelmiet li jiġu warajha — Atti temporanji ta’ riproduzzjoni

Dispożittiv

1)

Att li twettaq matul proċess ta’ ksib ta’ data, li jikkonsisti fil-ħażna informatika ta’ silta minn xogħol protett komposta minn ħdax-il kelma kif ukoll fl-istampar ta’ din is-silta, jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ riproduzzjoni parzjali skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, jekk, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, l-elementi li ttieħdu huma l-espressjoni tal-kreazzjoni intellettwali tal-awtur stess.

2)

L-att ta’ stampar ta’ silta komposta minn ħdax-il kelma, li jitwettaq waqt proċess ta’ ksib tad-data bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar in-natura temporanja stabbilita fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/29 u għalhekk, dan il-proċess ma jistax jitwettaq mingħajr il-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.


(1)  ĠU C 64, 08.03.2008


Top