Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0427

    Kawża C-427/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Aċċess għall-ġustizzja — Direttiva 2003/35/KE )

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

    (Kawża C-427/07) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Stima tal-effetti ta’ proġetti fuq l-ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Aċċess għall-ġustizzja - Direttiva 2003/35/KE”)

    2009/C 220/04

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia, P. Olivier u J,-B. Laignelot, aġenti)

    Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, M. Collins SC, D. McGrath, BL)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 4(2), (3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Nuqqas li jadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 3 u mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17)

    Dispożittiv

    1)

    L-Irlanda,

    billi ma adottatx, b’mod konformi mal-Artikolu 2(1) u mal-Artikolu 4(2) sa (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1995, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex, qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, il-proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent li jaqgħu fil-kategorija tal-bini tat-toroq koperta mill-punt 10(e) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11, ikunu suġġetti, b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-direttiva, għal proċedura ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u għal stima fir-rigward tal-effetti tagħhom, u

    billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 3(3) sa (7), u mal-Artikolu 4(2) sa (4) tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, u billi ma nnotifikatx uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

    naqset milli twettaq l-obbligi tagħha, rispettivament, taħt id-Direttiva 85/337 kif emendata bid-Direttiva 97/11 u taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Irlanda għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 269, 10.11.2007


    Top