EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0385

Kawża C-385/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta’ Lulju 2009 — Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Interseroh Dienstleistungs GmbH, Vfw GmbH, Landbell AG für Rückhol-Systeme, BellandVision GmbH (Appell — Kompetizzjoni — Artikolu 82 KE — Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ imballaġġi użati fil-Ġermanja — Logo Der Grüne Punkt — Dritt dovut skont il-kuntratt għall-użu tal-logo — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Dritt esklużiv ta’ proprjetarju ta’ trade mark — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva — Artikoli 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2009 — Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Interseroh Dienstleistungs GmbH, Vfw GmbH, Landbell AG für Rückhol-Systeme, BellandVision GmbH

(Kawża C-385/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Artikolu 82 KE - Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ imballaġġi użati fil-Ġermanja - Logo “Der Grüne Punkt” - Dritt dovut skont il-kuntratt għall-użu tal-logo - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Dritt esklużiv ta’ proprjetarju ta’ trade mark - Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ protezzjoni legali effettiva - Artikoli 58 u 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2009/C 220/03

Lingwa tal-proċedura: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Wagner u B. Meyring, Rechtsanwälte)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitjaiet Ewropej (rappreżentanti: W. Mölls u R. Sauer, aġenti), Vfw GmbH (rappreżentant: H. Wissel, Rechtsanwalt), Landbell AG für Rückhol-Systeme (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte), BellandVision GmbH (rappreżentanti: A. Rinne u M. Westrup, Rechtsanwälte)

Parti intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Interseroh Dienstleistungs GmbH (rappreżentanti: M. W. Pauly, A. Oexle u J. Kempkes, Rechtsanwälte)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla), tal-24 ta’ Mejju 2007, fil-Kawża T-151/01, Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/463/KE, tal-20 ta’ April 2001, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 82 KE (Każ COMP D3/34493 — DSD) (ĠU L 166, p. 1) — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Sistema ta’ ġbir u ta’ rkupru ta’ mballaġġi kkumerċjalizzati fil-Ġermanja u li għandhom il-logo “Der Grüne Punkt”

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Der Grüne Punkt — Duales System Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-istanza preżenti sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet, minn Intersoh Dienstleistungs GmbH, minn Vfw GmbH, minn Landbell AG für Rückhol-Systeme u minn BellandVision GmbH.


(1)  ĠU C 269 10.11.2009


Top