EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0227

Kawża C-227/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbilka tal-Polonja (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Netwerks u servizzi — Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) — Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) — Traspożizzjoni inkorretta)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Novembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubbilka tal-Polonja

(Kawża C-227/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Direttiva 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) - Artikolu 4(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Traspożizzjoni inkorretta)

(2009/C 6/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubbilka tal-Polonja (rappreżentanti: E. Ośniecka-Tamecka, T. Nowakowski u M. Dowgielewicz, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 4(1) u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108 p. 7) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-telekomunikazzjonijiet li tobbliga, permezz ta' dispożizzjoni legali ġenerali, lill-operaturi ta' netwerks pubbliċi ta' telekomumikazzjoni jinnegozjaw in bona fide l-kuntratti ta' aċċess u li tipprovdi li l-awtorità regolatorja tista', jekk il-partijiet ma jaslux għal ftehim u fuq talba ta' waħda mill-partijiet, tadotta deċiżjoni li tissostitwixxi l-kuntratt tal-partijiet

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx korrettament l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Polonja għandhom, kull wieħed u waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


Top