Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0447

Kawża C-447/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 39 KE — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Kaptani u uffiċjali (sekond uffiċjal) fuq vapuri — Attribuzzjoni ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika fuq il-vapur — Rekwiżit tan-nazzjonalità tal-Istat Membru għall-vapuri rreġistrati taħt il-bandiera tiegħu)

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta' Settembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-447/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 39 KE - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Kaptani u uffiċjali (sekond uffiċjal) fuq vapuri - Attribuzzjoni ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika fuq il-vapur - Rekwiżit tan-nazzjonalità tal-Istat Membru għall-vapuri rreġistrati taħt il-bandiera tiegħu)

(2008/C 285/16)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 39 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-impjiegi ta' kaptan u ta' sekond uffiċjal fuq il-bastimenti kollha rreġistrati taħt il-bandiera ta' dan l-Istat għaċ-ċittadini tiegħu

Dispożittiv

1)

Billi fil-leġiżlazzjoni tagħha żammet ir-rekwiżit tan-nazzjonalità Taljana għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta' kaptan u ta' uffiċjal (sekond uffiċjal) għall-vapuri kollha rreġistrati taħt il-bandiera Taljana, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 39 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


Top