Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0253

Kawża T-253/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad- 19 ta' Settembru 2008 — Chassagne vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali — Uffiċjal li joriġina minn dipartiment extra-Ewropew Franċiż (DOM) — Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Att konfermattiv — Stqarrija tas-salarju — Żnaturament tal-fatti — Żball ta' liġi )

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/37


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Settembru 2008 — Chassagne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/06) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali - Uffiċjal li joriġina minn dipartiment extra-Ewropew Franċiż (DOM) - Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Att konfermattiv - Stqarrija tas-salarju - Żnaturament tal-fatti - Żball ta' liġi’)

(2008/C 285/66)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Olivier Chassagne (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, u sussegwentement T. Bontinck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u V. Joris, aġenti, assistiti minn F. Longfils, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-29 ta' Ġunju 2006, Chassagne vs Il-Kummissjoni (F-11/05, ĠabraSP p. I-A-1-65 u II-A-1-241), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-29 ta' Ġunju 2006, Chassagne vs Il-Kummissjoni (F-11/05, ĠabraSP p. I-A-1-65 u II-A-1-241), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


Top