Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0047

Kawża T-47/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Settembru 2008 — Angé Serrano  et vs Il-Parlament ( Servizz pubbliku — Uffiċjali — Suċċess f'kompetizzjonijiet interni għal promozzjoni fil-kategorija taħt is-sistema tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma — Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fi grad — Modifika tar-rapporti ġerarkiċi maħluqa taħt ir-Regolamenti tal-Persunal il-qodma — Ammissibbiltà — Eċċezzjoni ta' illegalità — Drittijiet kweżiti — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità — Trattament ugwali — Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta' premura )

ĠU C 285, 8.11.2008, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/34


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Settembru 2008 — Angé Serrano et vs Il-Parlament

(Kawża T-47/05) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Suċċess f'kompetizzjonijiet interni għal promozzjoni fil-kategorija taħt is-sistema tar-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fi grad - Modifika tar-rapporti ġerarkiċi maħluqa taħt ir-Regolamenti tal-Persunal il-qodma - Ammissibbiltà - Eċċezzjoni ta' illegalità - Drittijiet kweżiti - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Trattament ugwali - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta' premura’)

(2008/C 285/60)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Pilar Angé Serrano (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu); Jean-Marie Bras (il-Lussemburgu); Dominiek Decoutere (Wolwelange, il-Lussemburgu); Armin Hau (il-Lussemburgu); Adolfo Orcajo Teresa (Brussell, il-Belgju); u Francisco Javier Solana Ramos (Brussell) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment L. Knudsen, A. Bencomo Weber u K. Zejdova, u wara minn L. Knudsen u K. Zejdova, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Sims u I. Sulce, u wara minn I. Sulce u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet individwali dwar il-klassifikazzjoni f'grad intermedjarju tar-rikorrenti mill-1 ta' Mejju 2004 u kkomunikati lilhom, permezz ta' ittra tad-Direttur Ġenerali tal-persunal tal-Parlament Ewropew, matul l-ewwel ġimgħa tax-xahar ta' Mejju 2004, kif ukoll ta' kull att konsegwenti u/jew relattiv għal dawn id-deċiżjonijiet anki jekk adottat wara r-rikors preżenti, u talba għall-kundanna tal-Parlament għall-ħlas ta' danni.

Dispożittiv

1)

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward ta' Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras u Adolfo Orcajo Teresa f'dak li jikkonċerna l-ewwel kap tat-talbiet.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta' Pilar Angé Serrano, Jean-Marie Bras u Adolfo Orcajo Teresa.

4)

Dominiek Decoutere, Armin Hau et Francisco Javier Solana Ramos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

5)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 93, 16.4.2005.


Top