This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CB0152
Case C-152/08: Order of the Court (Fifth Chamber) of 25 July 2008 (reference for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spain)) — Real Sociedad de Fútbol SAD, Nihat Kahveci v Consejo Superior de Deportes, Real Federación Española de Fútbol (Article 104(3) of the Rules of Procedure — EEC-Turkey Association Agreement — Article 37 of the Additional Protocol — Direct effect — Working conditions — Principle of non-discrimination — Football — Limit on the number of professional players from non-member States nationals who may be fielded per team in national competitions)
Kawża C-152/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Il-Ħames Awla) tal- 25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid — Spanja) — Real Sociedad de Fútbol SAD, Nihat Kahveci vs Consejo Superior de Deportes, Real Federación Española de Fútbol (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikolu 37 tal-Protokoll Addizzjonali — Effett dirett — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni — Futbol — Limitazzjoni tan-numru ta' plejers professjonali li huma ċittadini ta' Stati terzi li jistgħu jintgħażlu f'kull tim f'kompetizzjoni nazzjonali)
Kawża C-152/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Il-Ħames Awla) tal- 25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid — Spanja) — Real Sociedad de Fútbol SAD, Nihat Kahveci vs Consejo Superior de Deportes, Real Federación Española de Fútbol (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Artikolu 37 tal-Protokoll Addizzjonali — Effett dirett — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni — Futbol — Limitazzjoni tan-numru ta' plejers professjonali li huma ċittadini ta' Stati terzi li jistgħu jintgħażlu f'kull tim f'kompetizzjoni nazzjonali)
ĠU C 285, 8.11.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 285/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja(Il-Ħames Awla) tal-25 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid — Spanja) — Real Sociedad de Fútbol SAD, Nihat Kahveci vs Consejo Superior de Deportes, Real Federación Española de Fútbol
(Kawża C-152/08) (1)
(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Artikolu 37 tal-Protokoll Addizzjonali - Effett dirett - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni - Futbol - Limitazzjoni tan-numru ta' plejers professjonali li huma ċittadini ta' Stati terzi li jistgħu jintgħażlu f'kull tim f'kompetizzjoni nazzjonali)
(2008/C 285/23)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Real Sociedad de Fútbol SAD, Nihat Kahveci
Konvenuti: Consejo Superior de Deportes, Real Federación Española de Fútbol
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Superior de Jusiticia de Madrid — Interpretazzjoni tal-Artikolu 37 tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KEE-Turkija, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta' Diċembru 1972 (ĠU L 293, p. 1) — Kundizzjonijiet ta' impjieg — Regoli stabbiliti minn assoċjazzjonijiet sportivi li jillimitaw il-parteċipazzjoni f'ċerti kompetizzjonijiet ta' atleti professjonali li huma residenti ta' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti miż-ŻEE — Atleta professjonali Tork li għandu permess ta' xogħol għall-aċċess għall-professjoni u ta' permess ta' residenza kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali.
Dispożittiv
Il-projbizzjoni li ssir kull disrkiminazzjoni fil-konfront ta' ħaddiema Torok li huma parti mis-suq tax-xogħol legali tal-Istati Membri rigward ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol, kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta' Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f'isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta' Diċembru 1972, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat, fit-12 ta' Settembru 1963, f'Ankara, minn-naħa, mir-Repubblika tat-Turkija, u minn-naħa l-oħra, mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f'isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE tat-23 ta' Diċembru 1963, kif ukoll fl-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni Nru 1/80, tad-19 ta' Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens illi tipprekludi l-applikazzjoni fil-konfront ta' atleta professjonali ta' nazzjonalità Torka, impjegat legalment minn klabb stabbilit fi Stat Membru, ta' regola adottata minn federazzjoni sportiva tal-istess Stat, li biha l-klabbs ikunu awtorizzati jagħżlu, fil-kompetizzjonijiet organizzati fuq livell nazzjonali, numru limitat biss ta' plejers li joriġinaw minn Stati terzi li mhumiex parti mill-ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea.