Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0120

Kawża C-120/06 P u C-121/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 9 ta' Settembru 2008 — Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio SpA (FIAMM), Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio Technologies Inc (FIAMM Technologies) u Giorgio Fedon & Figli SpA, Fedon America, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta' Spanja (Appell — Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-Korp tas-Soluzzjoni tal-Kontroversji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Konstatazzjoni tal-Korp tas-Soluzzjoni tal-Kontroversji dwar in-nuqqas ta' kompatibbiltà tas-sistema Komunitarja tal-importazzjoni tal-banana mar-regoli tal-WTO — Miżuri ta' ritaljazzjoni imposti mill-Istati Uniti taħt forma ta' taxxa doganali supplimentari mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti provenjenti minn diversi Stati Membri — Miżuri ta' ritaljazzjoni awtorizzati mill-WTO — Nuqqas ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza — Żmien raġonevoli — Talba għal kumpens xieraq)

ĠU C 285, 8.11.2008, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 285/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta' Settembru 2008 — Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio SpA (FIAMM), Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio Technologies Inc (FIAMM Technologies) u Giorgio Fedon & Figli SpA, Fedon America, Inc. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju ta' Spanja

(Kawża C-120/06 P u C-121/06 P) (1)

(Appell - Rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet tal-Korp tas-Soluzzjoni tal-Kontroversji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Konstatazzjoni tal-Korp tas-Soluzzjoni tal-Kontroversji dwar in-nuqqas ta' kompatibbiltà tas-sistema Komunitarja tal-importazzjoni tal-banana mar-regoli tal-WTO - Miżuri ta' ritaljazzjoni imposti mill-Istati Uniti taħt forma ta' taxxa doganali supplimentari mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti provenjenti minn diversi Stati Membri - Miżuri ta' ritaljazzjoni awtorizzati mill-WTO - Nuqqas ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza - Żmien raġonevoli - Talba għal kumpens xieraq)

(2008/C 285/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellanti: Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio SpA (FIAMM), Fabbrica Italiana Accumulatori Motocarri Montecchio Technologies Inc (FIAMM Technologies), Giorgio Fedon & Figli SpA, Fedon America, Inc. (rappreżentanti: I. Van Bael, A. Cevese, F. Di Gianni u R. Antonini, avocats)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, S. Marquardt u A. De Gregorio Merino, aġenti), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. J. Kuijper, V. Di Bucci, C. Brown u E. Righini, aġenti), Ir-Renju ta' Spanja (Kawża C-120/06 P) (rappreżentanti: E. Braquehais Conesa u M. Muñoz Pérez, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej: Ir-Renju ta' Spanja (Kawża C-121/06 P) (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) tal-14 ta' Diċembru 2005 fil-kawża T-69/00, FIAMM u FIAM Technologies vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala infondat rikors għal danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ġew applikati miżuri ta' ritorsjoni mill-awtoritajiet Amerikani għal serje ta' prodotti Komunitarji, fosthom l-akkumulaturi, immanifatturati u esportati mir-rikorrenti, fil-kuntest tal-kwistjoni fuq is-sistema Ewropea ta' importazzjoni ta' banana.

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Awla Manja) ta' l-14 ta' Diċembru 2005 fil-kawża T-135/01, Fedon & Figli u Fedon America vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala infondat rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara li ġew applikati miżuri ta' ritorsjoni mill-awtoritajiet Amerikani għal serje ta' prodotti Komunitarji, fosthom il-kaxxi għan-nuċċalijiet, immanifatturati u esportati mir-rikorrenti, fil-kuntest tal-kwistjoni fuq is-sistema Ewropea ta' importazzjoni ta' banana.

Dispożittiv

1)

L-appelli prinċipali huma miċħuda.

2)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

3)

Fabbrica italiana accumulatori motocarri Montecchio SpA, Fabbrica italiana accumulatori motocarri Montecchio Technologies LLC, Giorgio Fedon & Figli SpA u Fedon America, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


Top