Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FN0116

Kawża F-116/07: Rikors imressaq fit- 8 ta' Ottubru 2007 — Tomas vs Il-Parlament

ĠU C 64, 8.3.2008, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/65


Rikors imressaq fit-8 ta' Ottubru 2007 — Tomas vs Il-Parlament

(Kawża F-116/07)

(2008/C 64/107)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Stanislovas Tomas (Kerkrade, l-Olanda) (rappreżentant: M. Michalauskas, avocat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li tkeċċi r-rikorrent safejn din ma ġietx annullata mid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment, jew tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment safejn din ma annullatx id-deċiżjoni ta' tkeċċija;

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent s-somma ta' EUR 125 000 bħala kumpens tad-dannu morali u materjali li huwa ssubixxa;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet it-tkeċċija tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu subit. In sostenn tar-rikors tiegħu, huwa jinvoka abbuż ta' funzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra, il-ksur ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll il-ksur ta' l-Artikolu 19 tal-Kodiċi Ewropew ta' Prattika Amministrativa Tajba, il-ksur tal-prinċipju ta' ħarsien tad-drittijiet tad-difiża u ta' amministrazzjoni tajba u l-ksur ta' l-obbligu ta' premura mill-Parlament.


Top