This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CN0553
Case C-553/07: Reference for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands) lodged on 12 December 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam v M.E.E. Rijkeboer
Kawża C-553/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit- 12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer
Kawża C-553/07: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit- 12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit-12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer
(Kawża C-553/07)
(2008/C 64/29)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: College van burgemeester en wethouders van Rotterdam
Konvenut: M.E.E. Rijkeboer
Domanda preliminari
Ir-restrizzjoni, ipprovduta fid-dritt Olandiż dwar id-data personali li għandhom l-awtoritajiet lokali, fir-rigward ta' komunikazzjoni ta' data ta' sena qabel ma saret it-talba rilevanti, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE (1) ta' l-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, moqri flimkien jew mingħajr l-Artikolu 6(1)(e) ta' dik id-direttiva u tal-prinċipju ta' proporzjonalità?