8.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 64/20


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Raad van State (L-Olanda) fit-12 ta' Diċembru 2007 — College van burgemeester en wethouders van Rotterdam vs M.E.E. Rijkeboer

(Kawża C-553/07)

(2008/C 64/29)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: College van burgemeester en wethouders van Rotterdam

Konvenut: M.E.E. Rijkeboer

Domanda preliminari

Ir-restrizzjoni, ipprovduta fid-dritt Olandiż dwar id-data personali li għandhom l-awtoritajiet lokali, fir-rigward ta' komunikazzjoni ta' data ta' sena qabel ma saret it-talba rilevanti, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE (1) ta' l-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, moqri flimkien jew mingħajr l-Artikolu 6(1)(e) ta' dik id-direttiva u tal-prinċipju ta' proporzjonalità?


(1)  ĠU 1995 L 281, p. 31.