Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/014/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 14, 19.1.2008, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 14/38


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 14/15)

1.

Fis-7 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Reitan Servicehandel AS (“Reitan”, li tappartjeni għall-grupp Reitan, in-Norveġja), SAS AB (“SAS”, l-Iżvezja), Norges Statsbaner AS (“NSB”, in-Norveġja), Marked AS (“Marked”, in-Norveġja) u Vizz AS (“Vizz”, in-Norveġja) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll konġunt ta' l-impriża Travel AS (“Travel”, in-Norveġja) permezz ta' xiri ta' ishma u mezzi oħra.

2.

L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Reitan: rappreżentanza ta' discount u convenience stores,

għall-impriża SAS: it-trasport bl-ajru,

għall-impriża NSB: transport bil-ferrovija u b'tal-linja,

għall-impriża Marked: l-ebda attività,

għall-impriża Vizz: l-ebda attività,

għall-impriża Travel: servizzi ta' l-IT relatati ma l-ibbukkjar għas-servizzi ta' l-ivjaġġar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skond in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M. M.4968 — Reitan/SAS/NSB/Marked/Vizz/Travel, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top