This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CN0477
Case C-477/07: Reference for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Antwerpen (Belgium) lodged on 29 October 2007 — N.V. Gerlach & Co v Belgische Staat
Kawża C-477/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belgju) fid- 29 ta' Ottubru 2007 — Gerlach & Co. NV vs Belgische Staat
Kawża C-477/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belgju) fid- 29 ta' Ottubru 2007 — Gerlach & Co. NV vs Belgische Staat
ĠU C 8, 12.1.2008, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 8/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belgju) fid-29 ta' Ottubru 2007 — Gerlach & Co. NV vs Belgische Staat
(Kawża C-477/07)
(2008/C 8/11)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerlach & Co. NV
Konvenuta: Belgische Staat
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dħul fil-kontijiet imsemmi fl-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, ĠU 1992 L 302; iktar 'il quddiem “il-Kodiċi Doganali”) huwa d-dħul fil-kontijiet imsemmi fl-Artikolu 217 tal-Kodiċi Doganali, li tikkonsisti fl-ammont ta' dazju li jiddaħħal mill-awtoritajiet doganali fil-kotba tal-kontijiet jew f'kull mezz ieħor ekwivalenti, u għandha ssir distinzjoni bejn dan id-dħul fil-kontijiet u l-inklużjoni ta' l-ammont ta' dazju fil-kontijiet għar-riżorsi tagħha, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1552/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta' riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (ĠU 1989 L 155) (li issa sar l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 2000/597/KEE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet — ĠU 2000 L 130)? |
|
2) |
L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni ta' l-ammont ta' dazju mill-awtoritajiet doganali lid-debitur skond il-proċeduri li jkunu xierqa tista' titqies bħala l-komunikazzjoni ta' l-ammont ta' dazju lid-debitur taħt l-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali biss jekk l-ammont ta' dazju ddaħħal fil-kontijiet mill-awtoritajiet doganali qabel ma ġie kkomunikat lid-debitur? |
|
3) |
L-Artikolu 221(1) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk l-ammont ta' dazju jiġi kkomunikat mill-awtoritajiet doganali lid-debitur skond il-proċeduri li jkunu xierqa iżda mingħajr ma l-ammont ta' dazju jkun iddaħħal fil-kontijiet mill-awtoritajiet doganali qabel din il-komunikazzjoni, il-ħlas ta' l-ammont ta' dazju ma jistax jintalab, u b'konsegwenza ta' dan, sabiex jinkiseb il-ħlas ta' l-ammont ta' dazju, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw dan l-ammont mill-ġdid lid-debitur skond il-proċeduri li jkunu xierqa wara li l-ammont ta' dazju jkun iddaħħal fil-kontijiet u sakemm id-dħul fil-kontijiet isir qabel ma jiskadi t-terminu ta' preskrizzjoni applikabbli? |