Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document C2007/155/68
Case T-162/07: Action brought on 8 May 2007 — Pigasos Alieftiki Naftiki Etairia v Council and Commission
Kawża T-162/07: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Mejju 2007 — Pigasos alieftiki naftiki etairia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
Kawża T-162/07: Rikors ippreżentat fit- 8 ta' Mejju 2007 — Pigasos alieftiki naftiki etairia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
ĠU C 155, 7.7.2007, pp. 37-38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 155/37 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 — Pigasos alieftiki naftiki etairia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-162/07)
(2007/C 155/68)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Pigasos alieftiki naftiki etairia (Moschato, il-Greċja) (rappreżentant: N. Skandamis, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewroea u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tiddikjara li l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea, permezz ta' serje ta' azzjonijiet u ta' ommissjonijiet illegali, kisru l-prinċipji fundamentali tad-dritt Komunitarju ta' moviment ħieles, tal-libertà ekonomika, tal-proporzjonalità, tal-ħarsien ta' l-aspettativi leġittimi ta' l-avventi kawża kif ukoll il-prinċipju tal-protezzjoni ġuridika effettiva, fiż-żona tas-sajd, f'żona li tmiss ma' pajjiż terz (Tuniżija), u tat-trasport tal-qabda fit-territorju doganali Komunitarju mit-territorju ta' pajjiż terz bħal dan, assoċjat mal-Komunità u taħt sorveljanza doganali (fit-transitu); |
|
— |
timponi li l-istituzzjonijiet Komunitarji jħallsu lill-kumpannija rikorrenti l-ammont ta' 23 608.551 dinari kif ukoll l-ammont ta' (188 583.18 + 10 806 323.44 + 1 000 000 = EUR 11 994 906.62) bħal kumpens għad-danni skond l-Artikoli 235 u 288(2) KE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li sostniet dannu finanzjarju minħabba l-impossibiltà li timporta fit-territorju doganali tal-Komunità prodotti ta' origini u fabbrikazzjoni Komunitarja li jaqgħu fl-attività kummerċjali tagħha, wara serje ta' atti jew ta' imġieba illegali ta' l-istituzionijiet Komunitarji, u b'mod partikulari:
|
a) |
tal-Kummissjoni Ewropea, għaliex adottat ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (1), li jimponi li jiġi ppreżentat dokument doganali Komunitarju T2M, ikkompletat kollu kemm hu, bħala prova unika ta' l-oriġini tal-qabda Komunitarja u bħala element sostanzjali tad-dritt tal-moviment ħieles; |
|
b) |
tal-Kummissjoni Ewropea, li wettqet f'isem il-Komunità n-negozjati mat-Tuniżija għat-tfassil ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li rratifikatu, peress li ma ħaditx il-prekawzjoni li tadotta dispożizzjonijiet intiżi sabiex jevitaw li l-qabda ta' oriġini Komunitarja li ġejja minn attività tas-sajd Komunitarja mwettqa barra mill-ibħra territorjali tat-Tuniżija tkun imċaħħda mid-dritt tal-moviment ħieles; |
|
c) |
tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea peress li, meta ħadu sehem bħala organi responsabbli għall-emenda tal-Ftehim, naqsu, skond ir-rikorrenti, milli jassiguraw li l-qbid ta' oriġini Komunitarja li jirriżulta mill-attivitajiet Komunitarji tas-sajd barra mill-ibħra territorjali tatr-Tuniżija ma jkunx imċaħħas mid-dritt ta' moviment ħieles; |
|
d) |
tal-Kummissjoni Ewropea, għaliex naqset milli twettaq is-sorveljanza neċessarja fuq l-awtoritajiet Elleniċi, minkejja li kienet saret talba specifica f'dan is-sens mill-kumpannija. |
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-azzionijiet u ommissjonijiet iċċitati jiksru r-regoli ġuridici ta' livell għola li għandhom l-għan li jipproteġu l-individwi, u b'mod partikulari:
|
a) |
id-dritt tal-moviment ħieles tal-merkanzija, li għalih il-formalità amministrattiva għandu valur formali u mhux sostanzjali, |
|
b) |
id-dritt tal-libertà kummerċjali, li l-element essenzjali tiegħu ġie affettwat mill-projbizzjoni ta' metodi alternattivi sabiex jintwera l-oriġini, |
|
c) |
il-prinċipju ta' proporzjonalità, li mhux kompatibbli ma' l-esklużjoni ta' kull mezz ieħor ta' prova ta' l-oriġini, differenti miċ-ċertifikati T2M; |
|
d) |
il-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi ta' l-avventi kawża, li, għalkemm ġab ruħu bħala osservatur prudenti tas-suq, sostna dannu kbir minħabba l-fatt li rrikorra għad-drittijiet mogħtija lilu mid-dritt Komunitarju, |
|
e) |
il-prinċipju tal-protezzjoni ġuridika effettiva, li hija konfliġġenti maċ-“ċaħda tal-ġustizzja” li l-kumpannija rikorrenti sostniet mill-awtorità Ellenika, Tunisini u Komunitarji. |
Sussidjarjament għall-valutazjoni ta' l-allegat dannu, ir-rikorrenti ssotni li l-karattru mhux tas-soltu u speċifiku tad-dannu jippermetti fih innifsu l-ħlas lura, u ssostni li f'dan il-każ hemm preżenti elementi għal responsabbiltà tal-Komunità li tħallas id-danni anki fin-nuqqas ta' ħtija.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, p. 1).