EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007A0622(03)

Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' Ġunju 2007 dwar il-pjan għar-rimi ta' l-iskart radjuattiv li joriġina mill-emenda ta' l-awtorizzazzjonijiet għar-rilaxx ta' tnixxijat radjuattivi ta' gass u likwidu minħabba ż-żarmar ta' l-INB 91 u l-bdil tal-missjonijiet ta' l-INB 141 fl-Impjant Nukleari ta' Creys-Malville fi Franza, bi qbil ma' l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom

ĠU C 138, 22.6.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 138/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Ġunju 2007

dwar il-pjan għar-rimi ta' l-iskart radjuattiv li joriġina mill-emenda ta' l-awtorizzazzjonijiet għar-rilaxx ta' tnixxijat radjuattivi ta' gass u likwidu minħabba ż-żarmar ta' l-INB 91 u l-bdil tal-missjonijiet ta' l-INB 141 fl-Impjant Nukleari ta' Creys-Malville fi Franza, bi qbil ma' l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom

(it-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

(2007/C 138/03)

Fis-6 ta' Settembru 2006, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mill-Gvern ta' Franza, bi qbil ma' l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom, Tagħrif Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi ta' l-iskart radjuattiv li joriġina mill-emenda ta' l-awtorizzazzjonijiet għar-rilaxx ta' tnixxijat radjuattivi ta' gass u likwidu minħabba ż-żarmar ta' l-INB 141 u l-bdil tal-missjonijiet ta' l-INB 141 fl-Impjant Nukleari ta' Creys-Malville fi Franza, bi qbil ma' l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom

Abbażi ta' dan it-tagħrif u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fil-15 ta' Jannar 2007 u pprovdut lill-awtoritajiet Franċiżi fit-13 ta' Frar 2007, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni kif gejja:

1.

Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Italja, hija ta' madwar 96 km.

2.

Matul l-operat normali, billi tqiesu l-awtorizzazzjonijiet ġodda mitluba, ir-rilaxxi ta' tnixxijat ta' gass u likwidu ma jikkaġunawx il-possibiltà ta' theddida għas-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

3.

Skart radjuattiv solidu li jirriżulta mill-operazzjonijiet jew jiġi maħżun fuq is-sit jew jiġi trasportat lejn faċilitiajiet għat-trattament speċifiku ta' l-iskart fi Franza. L-esperti rrakkomandaw li kontrolli fuq skart konvenzjonali, li jsiru bħala miżura ta' prekawzjoni biex jikkonfermaw in-nuqqas ta' kontaminazzjoni, ikunu tali li fl-istess waqt tkun qed tinżamm konformità mal-kriterji ta' approvazzjoni stipulati fl-Istandards Bażiċi ta' Sigurtà (id-Direttiva 96/29/EURATOM).

4.

Fil-każ ta' rilaxxi ta' skart radjuattiv mhux ippjanati, li jirriżultaw minn inċident tat-tip u l-kobor kif ikkunsidrat fit-Tagħrif Ġenerali, it-tibdiliet ippjanati ma jkunux jirriżultaw f'dożi fi Stati Membri oħrajn li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rilaxx ta' skart radjuattiv relatat ma' l-emenda l-awtorizzazzjonijiet għar-rilaxx ta' tnixxijat radjuattivi ta' gass u likwidu minħabba ż-żarmar ta' l-INB 141 u l-bdil tal-missjonijiet ta' l-INB 141 fl-Impjant Nukleari ta' Creys-Malville fi Franza, kemm f'operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u l-kobor kif ikkunsidrat fit-Tagħrif Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax fil-kontaminazzjoni radjuattiva fl-ilma, fil-ħamrija jew fl-ispazju ta' l-ajru ta' Stat Membru ieħor.


Top