This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2160
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2160 of 20 November 2017 amending Implementing Regulation (EU) No 1079/2012 as regards certain references to ICAO provisions (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160 tal-20 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160 tal-20 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7598
ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 04/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1770
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R1079 | Sostituzzjoni | anness II punt 3 | 11/12/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R1770 | 05/10/2023 |
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/47 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2160
tal-20 ta' Novembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 fir-rigward ta' ċerti referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-ICAO
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità) (1), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu;
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,
Billi:
(1) |
Il-Punt 3 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 (2) jirreferi għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri tal-ICAO għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, id-Dok. 4444), u b'mod aktar speċifiku għall-15-il edizzjoni tal-2007 li tinkorpora l-Emenda 6. Fl-10 ta' Novembru 2016, l-ICAO emendat id-Dokument 4444, biex jinkorpora l-Emenda Nru 7 A. |
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 1079/2012 għad-Dokument 4444 jiġu aġġornati sabiex iqisu dawk l-emendi, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw il-konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO. |
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1079/2012, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“3. |
It-Taqsima 12.3.1.5 ‘8.33 kHz channel spacing’ tad-Dokument 4444 tal-PANS-ATM tal-ICAO (is-16-il Edizzjoni — 2016, li tinkorpora l-Emenda Nru 7 A).”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14).