EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0368

2009/368/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta’ Mejju 2009 li tistipula għas-sena tas-suq 2009/2010, l-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni li għandha tingħata skont l-iskema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3158)

ĠU L 111, 5.5.2009, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/368/oj

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2009

li tistipula għas-sena tas-suq 2009/2010, l-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni li għandha tingħata skont l-iskema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3158)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2009/368/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li temenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tistipula l-ammonti attribwiti għal kull Stat Membru kkonċernat, għall-għajnuna għad-diversifikazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u tal-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni huma kkalkulati abbażi tat-tunnellati tal-kwota taz-zokkor irrinunzjati fis-sena tas-suq 2009/2010 fl-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 968/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti għal kull Stat Membru kkonċernat tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u tal-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, kif stipulati għall-kwoti rrinunzjati fis-sena tas-suq 2009/2010, huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29.

(2)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 183.


ANNESS

Ammonti għal kull Stat Membru tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni għas-sena tas-suq 2009/2010

(EUR)

Stat Membru

Għajnuna għad-diversifikazzjoni

Għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni

Spanja

10 304 268,00

23 197 020,93


Top