EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0845
Case C-845/19: Request for a preliminary ruling from the Apelativen sad Varna (Bulgaria) lodged on 19 November 2019 — Criminal proceedings against DR
Kawża C-845/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DR
Kawża C-845/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DR
ĠU C 68, 2.3.2020, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Varna (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Novembru 2019 – Proċeduri kriminali kontra DR
(Kawża C-845/19)
(2020/C 68/30)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Apelativen sad – Varna
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
DR
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea japplikaw fir-rigward ta’ reat kriminali, li jikkonsisti fil-pussess ta’ sustanzi narkotiċi bil-għan li jiġu ttraffikati, imwettaq minn ċittadin Bulgaru fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, meta l-eventwali rikavat ekonomiku wkoll ikun iġġenerat u jkun jinsab fir-Repubblika tal-Bulgarija? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”, li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42? Somma flus, li tkun instabet fi u li tkun ġiet ikkonfiskata mir-residenza tal-persuna kkundannata u tal-familja tagħha, kif ukoll minn vettura bil-mutur użata minnu, tista’ tikkostitwixxi tali vantaġġ ekonomiku? |
3) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/42 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali, bħall-Artikolu 53(2) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li ma tipprevedix is-sekwestru ta’ “vantaġġ ekonomiku li jirriżulta indirettament minn reat kriminali”? |
4) |
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, bħall-punt 1 tal-Artikolu 306(1) tan-Nakazatelno-protsesualen Kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) tar-Repubblika tal-Bulgarija, li tippermetti s-sekwestru favur l-Istat ta’ somma flus li fir-rigward tagħha jiġi allegat li tappartjeni lil terz, li ma jkunx il-persuna li wettqet ir-reat kriminali, mingħajr il-possibbiltà għal dan it-terz li jitqies bħala parti fil-proċedura u mingħajr il-possibbiltà li jiġi żgurat aċċess dirett għall-ġustizzja għal dan it-terz? |