Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0314

Kawża C-314/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Direttiva 2006/126/KE — Liċenzja tas-sewqan — Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1)

ĠU C 104, 19.3.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-314/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 2006/126/KE - Liċenzja tas-sewqan - Definizzjonijiet tal-kategoriji C1 u C kif ukoll D1))

(2018/C 104/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u Z. Malůšková, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Muller u J. Vláčil, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ssodisfatx l-obbligu li tikkategorizza taħt id-definizzjoni tal-kategoriji C1 u C, biss il-vetturi bil-mutur minbarra dawk tal-kategoriji D1 u D, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.

2)

Billi llimitat id-definizzjoni tal-kategorija D1 għall-vetturi bil-mutur maħsuba u mibnija għat-trasport ta’ iktar minn tmien passiġġieri, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (4)(h) ta’ din id-direttiva.

3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 08.08.2016.


Top