Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-prevenzjoni tal-abbuż tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u t-terroriżmu (mill-2027) — mekkaniżmi tal-Istati Membri

Il-prevenzjoni tal-abbuż tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u t-terroriżmu (mill-2027) — mekkaniżmi tal-Istati Membri

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2024/1640 dwar il-mekkaniżmi li jridu jiddaħħlu mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva (UE) 2024/1640 għandha l-għan li ssaħħaħ il-politiki nazzjonali ta’ kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu billi tistabbilixxi regoli fuq:

  • rekwiżiti relatati ma’ ċerti fornituri tas-servizz u għal-għoti ta’ drittijiet ta’ residenza bi skambju ma’ investiment;
  • verifiki fuq maniġment superjuri u sidien benefiċjarji1 ta’ ċerti entitajiet marbuta bl-obbligu2;
  • valutazzjonijiet tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni Ewropea (UE) u nazzjonali;
  • it-twaqqif ta’ reġistri (reġistri ċentrali tas-sjieda benefiċjarja, reġistri tal-kontijiet bankarji u sistemi tal-ġbir ta' dejta elettronika) u fuq punt singolu t’aċċess għall-informazzjoni dwar il-proprjetà immobbli;
  • ir-responsabbiltajiet u kompiti ta’ unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja (FIUs) u superviżuri ta’ kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT);
  • kooperazzjoni bejn awtoritajiet b’kompetenzi fid-dominju tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ML/TF).

PUNTI EWLENIN

Stati Membri tal-UE:

  • jistgħu japplikaw ir-Regolament (UE) 2024/1624 kollu jew parti minnu għal attivitajiet oħra li huma jqisu esposti għal riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea, u jiġġustifikaw id-deċiżjoni u jassessjaw l-impatt ta’ tali applikazzjoni fuq il-provdiment ta’ servizzi fi ħdan is-suq intern;
  • jiżguraw:
    • li l-iskambju tal-munita jew uffiċċji għat-tisrif ta-ċekkijiet u fornituri jew kumpaniji tas-servizzi fiduċjarji jkunu liċenzjati jew irreġistrati;
    • fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard ikunu rreġistrati;
    • entitajiet oħra huma obbligati jikkonformaw ma’ rekwiżiti minimi ta’ reġistrazzjoni biex jippermettu lil superviżuri li jidentifikawhom;
  • jridu jnaqqsu r-riskji tal-ħasil tal-flus, jekk jagħtu drittijiet ta’ residenza bi skambju għal investiment, billi:
    • jistabbilixxu proċess tal-ġestjoni tar-riskju, sorveljat minn awtorità nominata biex tidentifika, tikklassifika u tnaqqas ir-riskji;
    • japplikaw miżuri inklużi verifiki fuq profil u sors ta’ ġid ta’ applikant b’verifika kontra rekords eżistenti u rieżamijiet perjodiċi ta’ applikanti ta’ riskju għoli u medju;
    • jippubblikaw rapport annwali pubbliku dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet, il-pajjiż ta’ oriġini, permessi ta' residenza mgħotija jew miċħuda u kull tibdil fir-riskji finanzjarji identifikati;
    • jinfurmaw lill-Kummissjoni sal- dwar il-miżuri kollha li ttieħdu;
  • jitolbu lis-superviżuri li jivverifikaw li l-maniġment superjuri f’entitajiet marbuta bl-obbligu jkunu ta’ reputazzjoni tajba, jaġixxu b’onestà u integrità u jkunu mgħammra biex jagħmlu xogħolhom.

Valutazzjonijiet tar-riskju

Il-Kummissjoni:

  • tassessja r-riskji ta’ ħasil tal-flus transkonfinali, ta’ finanzjament tat-terroriżmu u ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fil-mira li jaffettwaw is-suq intern u li huma relatati ma’ attivitajiet transfruntiera;
  • trid tagħmel rapport pubbliku dwar is-sejbiet tagħha sal- u taġġornah kull erba’ snin jew aktar frekwenti jekk ikun hemm bżonn.

L-Istati Membri:

  • jwettqu valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju biex jidentifikaw, jassessjaw, jifhmu u jnaqqsu r-riskji ta’ ML/TF u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fil-mira;
  • jżommu l-valutazzjonijiet aġġornati u jagħmlulhom rieżami kull erba’ snin;
  • jinnominaw awtorità biex tikkoordina r-rispons tagħhom għar-riskji tal-ħasil tal-flus, finanzjament tat-terroriżmu u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji fil-mira;
  • jżommu statistika komprensiva dwar l-effettività tal-istruttura tal-AML/CFT.

Reġistri tas-sjieda benefiċjarja ċentrali

L-Istati Membri jassikuraw li:

  • informazzjoni dwar reġistri ċentrali tas-sjieda benefiċjarja tkun adegwata, korretta u aġġornata, u li tinżamm f’reġistru nazzjonali ċentrali;
  • ir-reġistri ċentrali tas-sjieda benefiċjarja jkunu interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ewropea Ċentrali;
  • awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Awtorità għall-Ħasil tal-flus u li Tiġġieled il-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA) jrid ikollhom aċċess immedjat, mhux iffiltrat, dirett u bla ħlas għall-informazzjoni mingħajr ma javżaw lis-suġġett tat-tfittxija;
  • individwi u organizzazzjonijiet kapaċi li jkunu jistgħu juru interess leġittimu, bħal ġurnalisti, korpi tas-soċjetà ċivili, akkademiċi u awtoritajiet varji, jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar, pereżempju, l-isem, in-nazzjonalità, il-pajjiż ta’ residenza, u n-natura u l-estent tal-interess benefiċjarju li jkollu s-sid;
  • jkun hemm salvagwardji biex jirrestrinġu aċċess għall-informazzjoni personali fejn is-sid hu minuri jew f’riskju ta’ frodi, sekwestru ta’ persuna, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni.

Informazzjoni dwar pagament, bank, titoli trasferibbli u kontijiet tal-kriptoassi u kaxxi ta’ sikurezza għad-depożitu

L-Istati Membri jassikuraw li

  • mekkaniżmi ċentralizzati awtomatizzati (reġistri ċentrali jew sistemi elettroniċi tal-ġbir ta' dejta) jkunu fil-post biex jidentifikaw id-detenturi ta’ kontijiet ta’ pagament, kontijiet ta’ bank identifikati minn numru internazzjonali tal-kont bankarju (IBAN) (inklużi IBANs virtwali), kontijiet tat-titoli trasferibbli, kontijiet tal-kriptoassi u kaxxi ta’ sikurezza għad-depożitu;
  • l-interkonnessjoni tal-mekkaniżmi awtomatizzati ċentralizzati permezz tas-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Kont Bankarju li ser ikun żviluppat u operat mill-Kummissjoni;
  • id-dettalji huma disponibbli kompletament għal FIUs, superviżuri tal-AML/CFT u AMLA.

Informazzjoni dwar proprjetà immobbli

L-Istati Membri:

  • jwaqqfu punt singolu ta’ aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda ta’ proprjetà immobbli li l-awtoritajiet rilevanti jistgħu jaċċessaw direttament u bla ħlas.
  • jassikuraw li l-informazzjoni jkollha d-dettalji minimi li ġejjin
    • proprjetà — informazzjoni katastali, lokazzjoni ġeografika, erja/daqs u tip ta’ proprjetà,
    • sjieda — isem tal-individwu, entità legali jew arranġament legali u prezz tax-xiri,
    • talbiet legali (“aggravji”) — ipoteki, restrizzjonijiet ġudizzjariji, drittijiet ta’ proprjetà jew garanziji oħra,
    • storja — sjieda, prezz u aggravji relatati,
    • dokument rilevanti.

Unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja

Kull Stat Membru jwaqqaf FIU biex jipprevjeni, jikxef u effettivament jiġġieled il-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-FIU:

  • hu unità singola ċentrali responsabbli biex tirċievi u tanalizza rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi mressqa minn entitajiet marbuta bl-obbligu;
  • ixxerred ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-awtoritajiet rilevanti kompetenti meta tissusspetta ML/TF;
  • taħtar uffiċċjal tad-drittijiet tal-individwu biex tassikura konformità mal-liġi;
  • jkollha aċċess immedjat u dirett għal firxa ta’ informazzjoni finanzjarja, amminstrattiva u dwar infurzar tal-liġi;
  • tirrispondi għal talbiet għal informazzjoni u tipprovdi dan b’mod spontanju lil superviżuri AML/CFT;
  • tista’ taġixxi immedjatament biex twaqqaf jew iżżomm il-kunsens għal tranżazzjoni jew kont li tqis hu marbut ma’ ML/TF;
  • tista’ tgħarraf lil entitajiet marbuta bl-obbligi biex jissorveljaw tranżazzjonijiet jew attivitajiet li jiġġestjonaw għal xi ħadd li jippreżenta riskju sinifikanti;
  • tippreżenta rapport annwali li jkollu informazzjoni dwar ix-xogħol tagħha u fuq xejriet u tipoloġiji identifikati;
  • tikkoopera ma’ FIUs oħra u twettaq analiżi konġunta ta’ tranżazzjonijiet u attivitajiet suspettużi.

Superviżjoni ta’ kontra l-ħasil tal-flus

Superviżuri nazzjonali:

  • jassikuraw li entitajiet marbuta bl-obbligi jikkonformaw mal-obbligi li jirriżultaw mir-reġim AML/CFT tal-UE;
  • jipprovdu informazzjoni dwar ML/TF (pereżempju l-valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni, valutazzjoni tar-riskju nazzjonali jew settorjali, linji gwida rilevanti u rakkomandazzjonijiet maħruġa minn AMLA) lill-entitajiet marbuta bl-obbligu taħt is-superviżjoni tagħhom;
  • japplikaw approċċ bbażat fuq riskju għas-superviżjoni;
  • jinfurmaw lill-FIU fil-pront dwar il-fatti jew sejbiet rilevanti kollha;
  • jwaqqfu kulleġġi superviżorji dedikati AML/CFT meta grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji joperaw f’tal-inqas żewġ Stati Membri jew istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja tkun waqqfet stabbilimenti ġo tal-inqas tliet Stati Membri.

L-Istati Membri jassikuraw li:

  • penali jkunu imposti fuq entitajiet marbuta bl-obbligu għal ksur serju, ripetut jew sistematiku tal-liġi;
  • superviżuri jistgħu japplikaw miżuri amministrattivi bħal rakkomandazzjonijiet, miżuri korrettivi speċifiċi u restrizzjonijiet tan-negozji appoġġjati minn pagamenti ta’ penali perjodiċi għal nuqqas ta’ konformità;
  • dawk li jfasslu l-politika, FIUs, superviżuri, inklużi AMLA, u awtoritajiet rilevanti oħra jikkooperaw, speċjalment biex jiġġieldu ML/TF u biex jimplimentaw sanzjonijiet finanzjarji fil-mira.

AMLA, b’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, Europol (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi), Eurojust (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali) u l-awtoritajiet Ewropej superviżorji toħroġ linji gwida dwar kooperazzjoni u proċedura.

Dispożizzjonijiet finali

Il-Kummissjoni:

Id-Direttiva temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (ara s-sommarju) u temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ara s-sommarju) mill-.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

Id-Direttiva għandha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali f’fażijiet u r-regoli għandhom japplikaw mill-.

Ċerti regoli (pereżempju dawk li jappartjenu għal reġistri ċentrali ta’ sjieda benefiċjarja) jridu jkunu trasposti sal-, waqt li oħrajn (pereżempju dawk li jwaqqfu Sistema ta’ Interkonnessjoni ta’ Reġistri tal-Kont Bankarju) sal-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Sidien benefiċjarji. Kull persuna fiżika li ultimament tippossjedi jew tikkontrolla entità legali jew li tesprimi fiduċja jew arranġament legali simili.
  2. Entitajiet marbuta bl-obbligi. Entitajiet tas-settur privat obbligati jikkonformaw mar-rekwiżiti li jiġu mill-qafas AML/CFT tal-UE (pereżempju istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, awdituri, kontabilisti esterni, konsulenti fiskali, nutara, avukati u professjonisti legali oħra li jwettqu ċerti attivitajiet, fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard, negozjanti f’oġġetti ta’ lussu, klabbs professjonali tal-football u aġenti tal-football).

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew għal finanzjament tat-terroriżmu, li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, u li temenda u tħassar id-Direttiva (UE) 2015/849 (ĠU L., 2024/1640, ).

l-aħħar aġġornament .

Top