Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina

SOMMARJU TA’:

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Bożnija-Ħerzegovina

Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/998 li tikkonkludi l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Bożnija-Ħerzegovina

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U L-FTEHIM?

Id-deċiżjoni timmarka l-konklużjoni tal-Unjoni Ewropea (tal-UE) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) mal-Bożnija-Ħerzegovina.

L-għanijiet tal-ftehim huma li:

  • ikun ta’ appoġġ għall-isforzi tal-Bożnija-Ħerzegovina biex issaħħaħ id-demokrazija u l-istat tad-dritt;
  • jikkontribwixxi għall-istabbiltà politika, ekonomika u istituzzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun;
  • jipprovdi qafas xieraq għad-djalogu politiku, li jippermetti l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet politiċi mill-qrib bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina;
  • jappoġġja l-isforzi tal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tkun żviluppata l-kooperazzjoni ekonomika u internazzjonali tiegħu, inkluż billi l-liġijiet tiegħu jiġu allinjati aktar mill-qrib ma’ dawk tal-UE;
  • jappoġġja l-isforzi tal-Bożnija-Ħerzegovina sabiex tkun ikkompletata t-tranżizzjoni għal ekonomija tas-suq li taħdem;
  • jippromwovi relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi u gradwalment jiżviluppa żona ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina;
  • irawwem kooperazzjoni reġjonali fl-oqsma kollha li huma koperti minn dan il-ftehim.

PUNTI EWLENIN

L-FSA jinkludi 10 intestaturi.

  1. Prinċipji ġenerali

    L-FSA huwa bbażat fuq numru ta’ prinċipji essenzjali. Il-Bożnija-Ħerzegovina taqbel li:

    • tirrispetta l-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali u l-istrumenti internazzjonali — inkluża kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja — kif ukoll il-prinċipji ta’ ekonomija tas-suq;
    • tissodisfa l-obbligi internazzjonali;
    • tiġġieled kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva (AQM);
    • tieħu passi biex tiffirma, tirratifika, taderixxi għal, kif ikun xieraq, u timplimenta b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali l-oħra kollha li huma rilevanti;
    • twaqqaf sistema effettiva ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni nazzjonali, tikkontrolla l-esportazzjoni kif ukoll it-tranżitu tal-prodotti li huma relatati mal-AQM, inkluż il-kontroll tal-użu aħħari tal-AQM fuq it-teknoloġiji b’użu doppju u li jinkludu sanzjonijiet effettivi għall-ksur tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni;
    • tippromwovi l-paċi internazzjonali u reġjonali, u l-istabbiltà, u trawwem kooperazzjoni u relazzjonijiet tajba ta’ viċinat fir-reġjun, inkluż billi:
      • tiżviluppa proġetti ta’ interess komuni;
      • livell xieraq ta’ konċessjonijiet reċiproċi li għandhom x’jaqsmu mal-moviment tal-persuni, tal-prodotti, tal-kapital u tas-servizzi;
    • tiġġieled kontra t-terroriżmu.
  2. Djalogu politiku

    Id-djalogu politiku bejn iż-żewġ partijiet għandu jiġi żviluppat aktar. Dan se jippromwovi, b’mod partikolari:

    • l-integrazzjoni sħiħa tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-komunità ta’ nazzjonijiet demokratiċi u l-armonizzazzjoni gradwali (tqarrib) lejn l-UE;
    • konverġenza li tiżdied fil-pożizzjonijiet tal-partijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali;
    • il-kooperazzjoni reġjonali u l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba ta’ viċinat;
    • fehmiet komuni dwar is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa, inkluż f’oqsma koperti mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE.
  3. Kooperazzjoni reġjonali

    Il-Bożnija-Ħerzegovina għandha:

    • tinkoraġġixxi b’mod attiv il-kooperazzjoni reġjonali;
    • tinnegozja mal-pajjiżi li diġà ffirmaw FSA mal-UE bil-għan li tikkonkludi ftehimiet bilaterali dwar il-kooperazzjoni reġjonali;
    • tissokta bil-kooperazzjoni reġjonali ma’ msieħba li ffirmaw FSA u dawk involuti fil-proċess ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni (PSA);
    • trawwem kooperazzjoni u tikkonkludi, jekk ikun possibbli, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ kwalunkwe pajjiż kand++idat tal-UE mhux involut fil-PSA.

    L-UE tappoġġja proġetti li jkollhom dimensjoni reġjonali jew transfruntiera permezz tal-programmi ta’ assistenza tagħha.

  4. Il-moviment ħieles tal-prodotti
    • Iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom biex gradwalment jistabbilixxu żona ta’ kummerċ ħieles bilaterali fuq perjodu massimu ta’ ħames (5) snin.
    • Il-Ftehim jistabbilixxi proċess għat-tnaqqis u t-tneħħija ta’ tariffi u kwoti doganali fuq oġġetti kemm mill-UE kif ukoll mill-Bożnija-Ħerzegovina.
  5. Il-moviment tal-ħaddiema, it-twaqqif, il-provvista tas-servizzi u l-moviment tal-kapital
    • Iċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina li jaħdmu legalment f’pajjiż tal-UE għandhom ikunu ħielsa minn kull forma ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla maċ-ċittadini tal-pajjiż ikkonċernat.
    • Għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali għal ħaddiema b’ċittadinanza tal-Bożnija-Ħerzegovina, impjegati legalment fit-territorju ta’ pajjiż tal-UE, u għall-membri tal-familji tagħhom residenti legalment hemmhekk.
    • Il-kumpaniji (kif ukoll is-sussidjarji u l-fergħat) ibbażati f’parti waħda se jitħallew jistabbilixxu operazzjonijiet fit-territorju tal-parti l-oħra taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-kumpaniji bbażati f’dak it-territorju.
    • Iż-żewġ partijiet għandhom jieħdu passi li progressivament jippermettu lill-kumpaniji jew liċ-ċittadini tagħhom jipprovdu servizzi fit-territorju tal-parti l-oħra.
    • Kwalunkwe pagament u trasferiment fuq il-kont kurrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina għandhom ikunu permessi f’munita li tista’ tissarraf liberament.
  6. Allinjament tal-liġijiet tal-pajjiż ma’ dawk tal-UE
    • Il-Bożnija-Ħerzegovina taqbel li tiżgura li l-liġi eżistenti tagħha u l-leġiżlazzjoni futura, gradwalment se jsiru kompatibbli mal-acquis tal-UE u li tali liġijiet se jiġu implimentati u infurzati kif xieraq.
    • Iż-żewġ naħat huma marbuta b’regoli ta’ kompetizzjoni, ibbażati fuq id-dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ azzjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet.
  7. Ġustizzja, libertà u sigurtà

    L-FSA jenfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt u tar-rinfurzar tal-istituzzjonijiet fil-livelli kollha. Il-kooperazzjoni tiffoka fuq numru ta’ oqsma speċifiċi, fosthom:

    • l-indipendenza tal-ġudikatura, it-titjib tal-effiċjenza tagħha u l-kapaċità istituzzjonali;
    • il-viżi, il-ġestjoni tal-fruntieri, l-asil u l-migrazzjoni;
    • il-prevenzjoni u l-kontroll tal-migrazzjoni illegali, ir-riammissjoni;
    • il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, it-terroriżmu u attivitajiet illegali oħra.
  8. Il-politika ta’ kooperazzjoni

    L-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma politiċi biex jgħinu fl-iżvilupp u t-tkabbir potenzjali tal-pajjiż. Din il-kooperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti fuq l-iktar bażi wiesgħa possibbli, għall-benefiċċju kemm tal-Bożinja-Ħerzegovina kif ukoll tal-UE.

  9. Kooperazzjoni finanzjarja
    • Bħala għajnuna biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim, il-Bożnija-Ħerzegovina tista’ tirċievi assistenza finanzjarja mill-UE fil-forma ta’ għotjiet u self, inkluż self mill-Bank Ewropew tal-Investiment.
    • L-assistenza finanzjarja tal-UE tikkundizzjona l-progress ulterjuri fl-issodisfar tal-kriterji ta’ Copenhagen.
  10. Superviżjoni

    Il-Ftehim jistabbilixxi kunsill ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-FTEHIM?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mill- u l-ftehim mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 164, , p. 2-547).

Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/998 tal- dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 164, , p. 548-549).

l-aħħar aġġornament

Top