This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0255
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/255 of 13 February 2019 amending Implementing Regulation (EU) No 821/2014 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 1303/2013 of the European Parliament and of the Council as regards detailed arrangements for the transfer and management of programme contributions, the reporting on financial instruments, technical characteristics of information and communication measures for operations and the system to record and store data
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/255 tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/255 tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data
C/2019/917
ĠU L 43, 14.2.2019, p. 15–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I punt 10 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I punt 11.1 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I punt 37 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I punt 37.1 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 37.3 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 38.1A | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 38.2A | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 38.3A | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Tħassir | anness I punt 40 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 40 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I punt 7.2 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Żieda | anness I punt 7.3 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I titolu (suddiviżjoni) III | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I titolu (suddiviżjoni) VII | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | anness I titolu (suddiviżjoni) VIII | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 4 | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | kapitolu II titolu | 15/02/2019 | |
Modifies | 32014R0821 | Sostituzzjoni | titolu | 15/02/2019 |
14.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/255
tat-13 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 46(3) u 115(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 (2) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, il-karatteristiċi tekniċi ta' miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni. Minħabba l-bidliet fil-Kapitolu II tat-Titolu III tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif introdotti bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li t-titolu tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 u t-titolu tal-Kapitolu II tiegħu jiġu emendati skont dan. |
(2) |
Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, jenħtieġ li jitneħħa r-rekwiżit li l-isem ta' strument finanzjarju jrid jinkludi referenza għall-fatt li huwa appoġġat permezz tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“ESI”). Skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (4), ir-riċevituri finali tal-istrumenti finanzjarji, madankollu, iridu jiġu infurmati li l-finanzjament jiġi pprovdut fil-qafas ta' programmi kofinanzjati permezz tal-Fondi ESI. Għalhekk, it-tneħħija tal-obbligu li jiġi indikat l-isem ta' strument finanzjarju ma jkollux impatt fuq ir-rekwiżiti ta' viżibbiltà u ta' komunikazzjoni fil-livell ta' appoġġ għar-riċevituri finali. Jenħtieġ li l-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 jiġi emendat skont dan. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 jistabbilixxi l-mudell għar-rappurtar tal-istrumenti finanzjarji rregolat bl-Artikoli 37 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Numru minn dawk id-dispożizzjonijiet ġew emendati bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. |
(4) |
Fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ġiet introdotta opzjoni ġdida ta' implimentazzjoni għall-kombinament ta' Fondi ESI ma' prodotti finanzjarji tal-BEI fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, kif stabbilit ulterjorment fl-Artikolu 39a ġdid tiegħu. Għalhekk, jeħtieġ li din l-opzjoni ta' implimentazzjoni tiġi inkluża fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-istrument finanzjarju u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, u jiġu inklużi oqsma tad-data ġodda fit-taqsima tal-mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji marbut mal-progress fil-ksib tal-effett ta' lieva mistenni, sabiex jiġu inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-Fondi ESI għall-istrumenti finanzjarji permezz tal-kombinament ta' tali kontribuzzjoni ma' prodotti finanzjarji tal-BEI fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. |
(5) |
Fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ġew iċċarati r-regoli għal għoti dirett lil banek jew lil istituzzjonijiet bi sjieda pubblika. Għalhekk, jeħtieġ li tali kjarifika tiġi riflessa billi jiġi inkluż dan it-tip ta' korp li jimplimenta l-istrumenti finanzjarji fit-taqsima tal-mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji b'rabta mal-identifikazzjoni ta' korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji u ta' korpi li jimplimentaw fond ta' fondi, fejn ikun applikabbli. |
(6) |
Soġġett għall-ġestjoni attiva tat-teżor, l-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jippermetti l-finanzjament tal-imgħax negattiv li jkun ġie ġġenerat bħala riżultat ta' investimenti tal-Fondi ESI skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 minn riżorsi mħallsa lura fl-istrument finanzjarju. Għalhekk, jeħtieġ li r-rekwiżiti tar-rappurtar jiġu allinjati ma' din id-dispożizzjoni ġdida. Jenħtieġ li tali allinjament iseħħ fit-taqsima tal-mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji rigward l-ammonti mħallsa lura fl-istrumenti finanzjarji mill-investimenti. |
(7) |
L-Artikolu 43a ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiċċara r-regoli li jirregolaw it-trattament differenzjat tal-investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq f'każ ta' kondiviżjoni tal-profitt u tar-riskju. Għalhekk, jeħtieġ li l-kliem tal-mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji jiġi allinjat ma' din id-dispożizzjoni ċċarata f'din it-taqsima dwar l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju, ir-riżorsi tal-Programm imħallsa lura fl-istrumenti finanzjarji mill-investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44 u l-ammonti użati għal trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a. |
(8) |
Fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-obbligi tar-rappurtar rigward l-istrumenti finanzjarji ġew issimplifikati sabiex jiġu evitati ċerti duplikazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa fil-qasam tad-data 40 tiġi integrata mar-rekwiżit tar-rappurtar stabbilit fl-Artikolu 46(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Jenħtieġ ukoll li r-rekwiżit tar-rappurtar dwar il-valur tal-investimenti ta' ekwità fir-rigward tas-sena preċedenti jiġi mċaqlaq taħt it-Titolu VII tal-mudell għar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji rregolati bl-Artikolu 46(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mas-sistemi tar-rappurtar diġà stabbiliti mill-awtoritajiet ta' ġestjoni, iċ-ċaqliq tal-qasam tad-data 40 eżistenti taħt it-Titolu VII, bl-għan li tiġi żgurata l-konsistenza mar-referenza korrispondenti fl-Artikolu 46(2)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jenħtieġ li ma twassalx għan-numerazzjoni mill-ġdid minkejja li t-titolu tiegħu jenħtieġ li jiġi allinjat ma' dak l-Artikolu. |
(9) |
Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' ċerti rekwiżiti u sabiex jiġu allinjati mar-rekwiżiti tar-rappurtar tal-Artikolu 46(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-referenza għall-valur tal-investimenti u tal-parteċipazzjonijiet titħassar mit-taqsima dwar il-progress fil-ksib tal-effett ta' lieva mistenni tal-mudell tar-rappurtar dwar l-istrumenti finanzjarji. |
(10) |
Bħala konsegwenza tal-bidliet fl-Artikoli 37 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 imsemmi fil-premessi (3) sa (9), jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi ESI. |
(12) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u sabiex jiġu limitati kemm jista' jkun id-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet emendati tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li japplikaw mit-2 ta' Awwissu 2018 jew qabel skont l-Artikolu 282 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data ”; |
(2) |
It-titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b'dan li ġej: “IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TA' MIŻURI TA' INFORMAZZJONI, TA' KOMUNIKAZZJONI U TA' VIŻIBBILTÀ GĦAL OPERAZZJONIJIET U GĦAL STRUZZJONIJIET GĦALL-ĦOLQIEN TAL-EMBLEMA TAL-UNJONI U DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD”; |
(3) |
L-Artikolu 4(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. L-isem tal-“Unjoni Ewropea” għandu dejjem jiġi miktub b'mod sħiħ. It-tipa li trid tintuża flimkien mal-emblema tal-Unjoni tista' tkun kwalunkwe tipa minn dawn li ġejjin: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana, Ubuntu. Ma għandhomx jintużaw varjazzjonijiet jew effetti tat-tipa bil-korsiv u bis-sottolinjar. Il-pożizzjoni tat-test fir-rigward tal-emblema tal-Unjoni ma għandha tinterferixxi mal-emblema tal-Unjoni bl-ebda mod. Id-daqs tat-tipa użata għandu jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema. Il-kulur tat-tipa għandu jkun blu reflex, iswed jew abjad skont l-isfond.”; |
(4) |
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta' kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data (ĠU L 223, 29.7.2014, p. 7).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 821/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-qasam tad-data 7.2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
jiżdied qasam tad-data 7.3 ġdid:
|
(3) |
il-qasam tad-data 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
it-Titolu III huwa sostitwit b'dan li ġej: “III. L-identifikazzjoni tal-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, u tal-korp li jimplimenta l-fond ta' fondi fejn ikun applikabbli, kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l-Artikolu 46(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(5) |
il-qasam tad-data 11.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(6) |
it-Titolu VII huwa sostitwit b'dan li ġej: “VII. L-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Fondi ESI għall-istrument finanzjarju, ir-riżorsi tal-Programm imħallsa lura fl-istrument finanzjarju mill-investimenti kif imsemmi fl-Artikoli 43 u 44, l-ammonti użati għal trattament differenzjat kif imsemmi fl-Artikolu 43a u l-valur tal-investimenti ta' ekwità fir-rigward tas-snin preċedenti (l-Artikolu 46(2)(g) u (i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(7) |
il-qasam tad-data 37 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(8) |
il-qasam tad-data 37.1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(9) |
jiżdied qasam tad-data 37.3 ġdid:
|
(10) |
il-qasam tad-data 40 ġdid li ġej jitqiegħed wara l-qasam tad-data 37.3 ġdid:
|
(11) |
it-Titolu VIII huwa sostitwit b'dan li ġej: “VIII. Il-progress fil-ksib tal-effett ta' lieva mistenni ta' investimenti li saru permezz tal-istrument finanzjarju (l-Artikolu 46(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)”; |
(12) |
jiżdied qasam tad-data 38.1A ġdid:
|
(13) |
jiżdied qasam tad-data 38.2A ġdid:
|
(14) |
jiżdied qasam tad-data 38.3A ġdid:
|
(15) |
il-qasam tad-data 40 taħt it-Titolu VIII jitħassar. |