Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1405

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1405 tat-22 ta' Awwissu 2016 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2016) 5466) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/5466

    ĠU L 228, 23.8.2016, p. 33–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1405/oj

    23.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 228/33


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1405

    tat-22 ta' Awwissu 2016

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

    (notifikata bid-dokument C(2016) 5466)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jiddemarka u jelenka ċertu żoni ta' dawk l-Istati Membri fil-Partijiet I, II, III u IV tiegħu, differenzjati permezz tal-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni fil-Polonja.

    (2)

    F'Awwissu tal-2016, seħħew żewġ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi fil-powiat bialski fil-Polonja, f'żona li hija attwalment elenkata fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Din it-tifqigħa flimkien mal-bidla reċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju li jeħtieġ li jitqies. Għaldaqstant, ċerti żoni tal-Polonja elenkati fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandhom issa jiġu elenkati fil-Parti III ta' dak l-Anness.

    (3)

    Il-Kummissjoni tinnota li hemm bosta tifqigħat oħra fil-ħnieżer domestiċi li, abbażi ta' evidenza preliminari, jistgħu jiġu attribwiti għall-attività tal-bniedem minflok għall-ħnieżer selvaġġi u li għalhekk qed jiġu koperti minn Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni. Ġaladarba l-evidenza korroborattiva mill-Polonja tinkiseb b'rabta ma' dawn it-tifqigħat, il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu riveduti biex jiġi eskluż ir-riskju tat-tixrid tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi.

    (4)

    L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi affettwati fl-Unjoni għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju tas-saħħa tal-annimali rrappreżentat f'dik is-sitwazzjoni fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja. Biex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE u biex jiġi evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stabbilita fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandha tiġi emendata biex jitqiesu l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward ta' dik il-marda fil-Polonja.

    (5)

    Għaldaqstant, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Awwissu 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


    ANNESS

    “ANNESS

    PARTI I

    1.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Īslīces, Gailīšu, Brunavas u Ceraukstes,

    fin-novads ta' Dobeles, il-pagasti ta' Bikstu, Zebrenes, Annenieku, Naudītes, Penkules, Auru u Krimūnu, Dobeles, Berzes, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Punent tat-triq P98, u l-pilsēta ta' Dobele,

    fin-novads of Jelgavas, il-pagasti ta' Glūdas, Svētes, Platones, Vircavas, Jaunsvirlaukas, Zaļenieku, Vilces, Lielplatones, Elejas u Sesavas,

    fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Vānes u Matkules,

    fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Lubes, Īves, Valdgales, Ģibuļu, Lībagu, Laidzes, Ārlavas, Abavas, il-pilsētas ta' Sabile, Talsi, Stende u Valdemārpils,

    in-novads ta' Brocēnu,

    in-novads ta' Dundagas,

    in-novads ta' Jaunpils,

    in-novads ta' Rojas,

    in-novads ta' Rundāles,

    in-novads ta' Stopiņu,

    in-novads ta' Tērvetes,

    il-pilsēta ta' Bauska.

    ir-republikas pilsēta ta' Jelgava,

    ir-republikas pilsēta ta' Jūrmala.

    2.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Jurbarkas, is-seniūnijos ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnijos ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, il-parti tal-Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Punent tax-xmara Nevėžis,

    fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnijos ta' Ariogalos, il-miestas ta' Ariogalos, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnijos ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

    ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

    is-savivaldybė ta' Kalvarija,

    is-savivaldybė ta' Kazlų Rūda,

    is-savivaldybė ta' Marijampolė.

    3.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    Fil-województwo podlaskie:

    il-gminy ta' Augustów bil-belt ta' Augustów, Nowinka, Płaska, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat augustowski,

    il-gminy ta' Brańsk bil-belt ta' Brańsk, Boćki, Rudka, Wyszki, il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Punent tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (li tmur lejn it-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-belt ta' Bielsk Podlaski, il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat bielski,

    il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat białostocki,

    il-gminy ta' Drohiczyn, Dziadkowice, Grodzisk, Milejczyce u Perlejewo fil-powiat siemiatycki,

    il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat suwalski,

    il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat sokólski,

    il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Punent tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

    il-powiat łomżyński,

    il-powiat M. Białystok,

    il-powiat M. Łomża,

    il-powiat M. Suwałki,

    il-powiat moniecki,

    il-powiat sejneński,

    il-powiat wysokomazowiecki,

    il-powiat zambrowski.

    Fil-województwo mazowieckie:

    il-gminy ta' Ceranów, Jabłonna Lacka, Sterdyń u Repki fil-powiat sokołowski,

    il-gminy ta' Korczew, Przesmyki, Paprotnia, Suchożebry, Mordy, Siedlce u Zbuczyn fil-powiat siedlecki,

    il-powiat M. Siedlce,

    il-gminy ta' Rzekuń, Troszyn, Czerwin u Goworowo fil-powiat ostrołęcki,

    il-gminy ta' Olszanka, Łosice u Platerów fil-powiat łosicki,

    il-powiat ostrowski.

    Fil-województwo lubelskie:

    il-gmina ta' Hanna fil-powiat włodawski,

    il-gminy ta' Międzyrzec Podlaski bil-belt ta' Międzyrzec Podlaski, Drelów, Lomazy, Rossosz, Piszczac, Kodeń, Tuczna, Sławatycze, Wisznice u Sosnówka fil-powiat bialski.

    il-gmina ta' Kąkolewnica Wschodnia u Komarówka Podlaska fil-powiat radzyński.

    PARTI II

    1.   L-Estonja

    Dawn iż-żoni fl-Estonja:

    il-linn ta' Kallaste,

    il-linn ta' Rakvere,

    il-linn ta' Tartu,

    il-linn ta' Viljandi,

    il-maakond ta' Harjumaa (eskluża l-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20), il-vald ta' Aegviidu u l-vald ta' Anija),

    il-maakond ta' Ida-Virumaa,

    il-maakond ta' Läänemaa,

    il-maakond ta' Pärnumaa,

    il-maakond ta' Põlvamaa,

    il-maakond ta' Raplamaa,

    il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 1 (E20),

    il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

    il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-vald ta' Abja,

    il-vald ta' Alatskivi,

    il-vald ta' Avanduse,

    il-vald ta' Haaslava,

    il-vald ta' Haljala,

    il-vald ta' Halliste,

    il-vald ta' Kambja,

    il-vald ta' Karksi,

    il-vald ta' Koonga,

    il-vald ta' Kõpu,

    il-vald ta' Laekvere,

    il-vald ta' Luunja,

    il-vald ta' Mäksa,

    il-vald ta' Märjamaa,

    il-vald ta' Meeksi,

    il-vald ta' Peipsiääre,

    il-vald ta' Piirissaare,

    il-vald ta' Rägavere,

    il-vald ta' Rakvere,

    il-vald ta' Saksi,

    il-vald ta' Sõmeru,

    il-vald ta' Vara,

    il-vald ta' Vihula,

    il-vald ta' Võnnu.

    2.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    fin-novads ta' Balvu, il-pagsti ta' Vīksnas, Bērzkalnes, Vectilžas, Lazdulejas, Briežuciema, Tilžas, Bērzpils u Krišjāņu,

    fin-novads ta' Bauskas, il-pagasti ta' Mežotnes, Codes, Dāviņu u Vecsaules,

    fin-novads ta' Dobeles, il-parti tal-pagasts ta' Jaunbērzes li tinsab fil-Lvant tat-triq P98,

    fin-novads ta' Gulbenes il-pagasti ta' Lejasciema, Lizuma, Rankas, Druvienas, Tirzas u Līgo,

    fin-novads ta' Jelgavas il-pagasti ta' Kalnciema, Līvbērzes u Valgundes,

    fin-novads ta' Kandavas, il-pagasti ta' Cēres, Kandavas, Zemītes u Zantes, il-pilsēta ta' Kandava,

    fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

    fin-novads ta' Rugāju il-pagsts ta' Lazdukalna,

    fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

    fin-novads ta' Talsu, il-pagasti ta' Ķūļciema, Balgales, Vandzenes, Laucienes, Virbu u Strazdes,

    in-novads ta' Ādažu,

    in-novads ta' Aizkraukles,

    in-novads ta' Aknīstes,

    in-novads ta' Alūksnes,

    in-novads ta' Amatas,

    in-novads ta' Apes,

    in-novads ta' Babītes,

    in-novads ta' Baldones,

    in-novads ta' Baltinavas,

    in-novads ta' Carnikavas,

    in-novads ta' Cēsu,

    in-novads ta' Cesvaines,

    in-novads ta' Engures,

    in-novads ta' Ērgļu,

    in-novads ta' Garkalnes,

    in-novads ta' Iecavas,

    in-novads ta' Ikšķiles,

    in-novads ta' Ilūkstes,

    in-novads ta' Inčukalna,

    in-novads ta' Jaunjelgavas,

    in-novads ta' Jaunpiebalgas,

    in-novads ta' Jēkabpils,

    in-novads ta' Ķeguma,

    in-novads ta' Ķekavas,

    in-novads ta' Kocēnu,

    in-novads ta' Kokneses,

    in-novads ta' Krimuldas,

    in-novads ta' Krustpils,

    in-novads ta' Lielvārdes,

    in-novads ta' Līgatnes,

    in-novads ta' Līvānu,

    in-novads ta' Lubānas,

    in-novads ta' Madonas,

    in-novads ta' Mālpils,

    in-novads ta' Mārupes,

    in-novads ta' Preiļu,

    in-novads ta' Neretas,

    in-novads ta' Ogres,

    in-novads ta' Olaines,

    in-novads ta' Ozolnieki,

    in-novads ta' Pārgaujas,

    in-novads ta' Pļaviņu,

    in-novads ta' Priekuļu,

    in-novads ta' Raunas,

    in-novads ta' Ropažu,

    in-novads ta' Salas,

    in-novads ta' Salaspils

    in-novads ta' Saulkrastu,

    in-novads ta' Sējas,

    in-novads ta' Siguldas,

    in-novads ta' Skrīveru,

    in-novads ta' Smiltenes,

    in-novads ta' Tukuma,

    in-novads ta' Varakļānu,

    in-novads ta' Vecpiebalgas,

    in-novads ta' Vecumnieku,

    in-novads ta' Viesītes,

    in-novads ta' Viļakas,

    il-pilsēta ta' Limbaži.

    ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils;

    ir-republikas pilsēta ta' Valmiera,

    3.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Kavarskas, Kurkliai u l-parti ta' Anykščiai li tinsab fil-Lbiċ tat-triq Nru 121 u Nru 119,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Šilų, Bukonių u, fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimai ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, l-apylinkių ta' Garliavos, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, l-apylinkių ta' Vilkijos u Zapyškio,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnijos ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, il-miesto ta' Kėdainių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnijos ta' Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Smilgių, Upytės, Vadoklių,Velžio u l-parti ta' Krekenavos seniūnija li tinsab fil-Lvant tax-xmara Nevėžis,

    fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos Veiverių, Šilavoto, Naujosios Ūtos, Balbieriškio, Ašmintos, Išlaužo, Pakuonių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

    fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Grigal tat-triq Nru. 171, is-seniūnijos ta' Maišiagala, Zujūnų, Avižienių, Riešės, Paberžės, Nemenčinės, Nemenčinės miesto, Sužionių, Buivydžių, Bezdonių, Lavoriškių, Mickūnų, Šatrininkų, Kalvelių, Nemėžių, Rudaminos, Rūkainių, Medininkų, Marijampolio, Pagirių u Juodšilių,

    il-miesto savivaldybė ta' Alytus,

    fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Sudeikių, Utenos, Utenos miesto, Kuktiškių, Daugailių, Tauragnų, Saldutiškio,

    fil-miesto savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnijos ta' Pivašiūnų, Punios, Daugų, Alovės, Nemunaičio, Raitininkų, Miroslavo, Krokialaukio, Simno, Alytaus,

    il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

    il-miesto savivaldybė ta' Panevėžys,

    il-miesto savivaldybė ta' Prienai,

    il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

    ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

    is-savivaldybė ta' Druskininkai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

    ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Molėtai,

    ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

    ir-rajono savivaldybė ta' Švenčionys,

    ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

    ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

    is-savivaldybė ta' Birštonas,

    is-savivaldybė ta' Visaginas.

    4.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    Fil-podlaskie województwo:

    il-gminy ta' Czarna Białostocka, Gródek, Michałowo, Supraśl, Wasilków u Zabłudów fil-powiat białostocki,

    il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Krynki, Kuźnica, Nowy Dwór, Sidra, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat sokólski,

    il-gmina ta' Lipsk fil-powiat augustowski,

    il-gmina ta' Dubicze Cerkiewne, il-partijiet tal-gminy ta' Kleszczele u Czeremcha li jinsabu fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat hajnowski,

    il-parti tal-gmina ta' Bielsk Podlaski li tinsab fil-Lvant tal-linja maħluqa mit-triq numru 19 (fid-direzzjoni tat-Tramuntana mill-belt ta' Bielsk Podlaski) u mtawla bil-fruntiera tal-Lvant tal-belt ta' Bielsk Podlaski u t-triq numru 66 (fid-direzzjoni tan-Nofsinhar mill-belt ta' Bielsk Podlaski), il-parti tal-gmina ta' Orla li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 66, fil-powiat bielski.

    PARTI III

    1.   L-Estonja

    Dawn iż-żoni fl-Estonja:

    il-linn ta' Elva,

    il-linn ta' Võhma,

    il-maakond ta' Jõgevamaa,

    il-maakond ta' Järvamaa,

    il-maakond ta' Valgamaa,

    il-maakond ta' Võrumaa,

    il-parti tal-vald ta' Kuusalu li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq numru 1 (E20),

    il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

    il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

    il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

    il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sal-ġunzjoni li tagħti għat-triq numru 24156, u mbagħad it-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

    il-vald ta' Aegviidu,

    il-vald ta' Anija,

    il-vald ta' Kadrina,

    il-vald ta' Kolga-Jaani,

    il-vald ta' Konguta,

    il-vald ta' Kõo,

    il-vald ta' Laeva,

    il-vald ta' Nõo,

    il-vald ta' Paistu,

    il-vald ta' Puhja,

    il-vald ta' Rakke,

    il-vald ta' Rannu,

    il-vald ta' Rõngu,

    il-vald ta' Saarepeedi,

    il-vald ta' Tapa,

    il-vald ta' Tähtvere,

    il-vald ta' Tarvastu,

    il-vald ta' Ülenurme,

    il-vald ta' Väike-Maarja.

    2.   Il-Latvja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Latvja:

    fin-novads ta' Balvu, il-pagasti ta' Kubuļu u Balvu,

    fin-novads ta' Gulbenes, il-pagasti ta' Beļavas, Galgauskas, Jaungulbenes, Daukstu, Stradu, Litenes u Stāmerienas,

    fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

    fin-novads ta' Rugāju il-pagasts ta' Rugāju,

    fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

    in-novads ta' Aglonas,

    in-novads ta' Alojas,

    in-novads ta' Beverīnas,

    in-novads ta' Burtnieku,

    in-novads ta' Ciblas,

    in-novads ta' Dagdas,

    in-novads ta' Daugavpils,

    in-novads ta' Kārsavas,

    in-novads ta' Krāslavas,

    in-novads ta' Ludzas,

    in-novads ta' Mazsalacas,

    in-novads ta' Naukšēnu,

    in-novads ta' Preiļu,

    in-novads ta' Rēzeknes,

    in-novads ta' Riebiņu,

    in-novads ta' Rūjienas,

    in-novads ta' Strenču,

    in-novads ta' Valkas,

    in-novads ta' Vārkavas,

    in-novads ta' Viļānu,

    in-novads ta' Zilupes,

    il-pilsēta ta' Ainaži,

    il-pilsēta ta' Salacgrīva.

    ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils;

    ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

    3.   Il-Litwanja

    Iż-żoni li ġejjin fil-Litwanja:

    fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnijos ta' Debeikių, Skiemonių, Viešintų, Andrioniškio, Svėdasų, Troškūnų, Traupio u l-parti tas-seniūnija ta' Anykščių li tinsab fil-Grigal tat-triq Nru 121 u Nru 119,

    fir-rajono savivaldybė ta' Alytus, is-seniūnija ta' Butrimonių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnijos ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimai Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u l-miestelis ta' Žeimių,

    ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnijos ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Prienai, is-seniūnijos ta' Jiezno u Stakliškių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnijos ta' Miežiškių u Raguvos,

    fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnijos ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos u Kalesninkų,

    fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnijos ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos u Vydenių,

    fir-rajono savivaldybė ta' Vilnius il-partijiet tas-seniūnija ta' Sudervė u Dūkštai li jinsabu fil-Lbiċ mit-triq Nru 171,

    fir-rajono savivaldybė ta' Utena, is-seniūnijos ta' Užpalių, Vyžuonų u Leliūnų,

    is-savivaldybė ta' Elektrėnai,

    il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

    il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

    ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

    ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

    4.   Il-Polonja

    Dawn iż-żoni fil-Polonja:

    il-gminy ta' Czyże, Białowieża, Hajnówka mal-belt ta' Hajnówka, Narew, Narewka fil-powiat hajnowski,

    il-gminy ta' Mielnik, Nurzec-Stacja, Siemiatycze mal-belt ta' Siemiatycze fil-powiat siemiatycki,

    Fil-województwo mazowieckie:

    il-gminy ta' Sarnaki, Stara Kornica u Huszlew fil-powiat łosicki.

    Fil-województwo lubelskie:

    il-gminy ta' Konstantynów, Janów Podlaski, Leśna Podlaska, Rokitno, Biała Podlaska, Zalesie u Terespol bil-belt ta' Terespol fil-powiat bialski,

    il-powiat M. Biała Podlaska.

    PARTI IV

    L-Italja

    Dawn iż-żoni fl-Italja:

    iż-żoni kollha ta' Sardenja.”


    Top