Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1360

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1360/2008 tat- 2 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri

    ĠU L 352, 31.12.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1360/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 352/11


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1360/2008

    tat-2 ta' Diċembru 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti tal-Istati Membri

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, ippreżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

    Billi:

    (1)

    In-numru kbir ta’ Stati Membri li attwalment ma jagħmlux parti miż-żona tal-euro jaffettwa t-talba potenzjali għall-assistenza finanzjarja Komunitarja fuq perijodu ta' żmien medju u, flimkien mal-evoluzzjoni fil-kuntest internazzjonali, jeżiġi li jiżdied il-limitu għall-ammont ta’ self pendenti li jista’ jingħata lill-Istati Membri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 332/2002 (1) minn EUR 12-il biljun għal EUR 25 biljun. Jekk tkun meħtieġa urġentement reviżjoni tal-limitu, l-istituzzjonijiet rilevanti għandhom jipproċedu minnufih skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

    (2)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:

    Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “L-ammont ta' self pendenti li jista' jingħata lill-Istati Membri taht din il-facilità għandu jkun limitat għal EUR 25 biljun ta' kapital.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. LAGARDE


    (1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.


    Top