This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0083
Commission Directive 2008/83/EC of 13 August 2008 amending Directive 2003/91/EC setting out implementing measures for the purposes of Article 7 of Council Directive 2002/55/EC as regards the characteristics to be covered as a minimum by the examination and the minimum conditions for examining certain varieties of vegetable species (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/83/KE tat- 13 ta' Awwissu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/83/KE tat- 13 ta' Awwissu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 219, 14.8.2008, p. 55–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003L0091 | Sostituzzjoni | anness 2 | 03/09/2008 | |
Modifies | 32003L0091 | Sostituzzjoni | anness 1 | 03/09/2008 |
14.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 219/55 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE
tat-13 ta' Awwissu 2008
li temenda d-Direttiva 2003/91/KE li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE (2) kienet adottata biex tiżgura li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-linjigwida stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward ta’ karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu miksub mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet, sakemm dawn il-linjigwida jkunu ġew stabbiliti. Għal varjetajiet oħra, id-Direttiva tistipula li għandhom japplikaw il-linjigwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (International Union for Protection of new Varieties of Plants – UPOV). |
(2) |
Minn dak iż-żmien, is-CPVO u l-UPOV ħarġu aktar linjigwida għal għadd ta’ speċijiet oħra, u emendaw dawk eżistenti. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/91/KE għandha, għaldaqstant, tkun emendata skond dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija , |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Għall-eżamijiet li jkunu nbdew qabel l-1 ta’ Novembru 2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttiva 2003/91/KE fil-verżjoni li kienet applikabbli qabel l-emendi li jkunu sarulha b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dawn iridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni, b’mod immedjat, it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn riferenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif riferenza bħal din għandha ssir.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 393).
(2) ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) 2007/49/KE (ĠU L 195, 27.7.2007, p. 33).
ANNESS
ANNESS I
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tas-CPVO
Isem xjentifiku |
L-isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
Allium cepa L. (il-grupp Cepa) |
Basla u Echalion |
TP 46/1 tal-14.6.2005 |
Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum) |
Shallot |
TP 46/1 tal-14.6.2005 |
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/1 tal-15.11.2001 |
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/1 tal-25.3.2004 |
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
Apium graveolens L. |
Krafes |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
Asparagus officinalis L. |
Asparagu |
TP 130/1 tas-27.3.2002 |
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/1 tal-15.11.2001 |
Brassica oleracea L. |
Brokkli li qed inibbet jew Kalabris |
TP 151/2 tal-21.3.2007 |
Brassica oleracea L. |
Brussels Sprouts |
TP 54/2 tal-1.12.2005 |
Brassica oleracea L. |
Ġdur |
TP 65/1 tal-25.3.2004 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mfelfla (Savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra |
TP 48/2 tal-1.12.2005 |
Brassica rapa L. |
Kaboċċa Ċiniża |
TP 105/1 tat-13.3.2008 |
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew Bżar |
TP 76/2 tal-21.3.2007 |
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa lixxa |
TP 118/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra witloof |
TP 173/1 tal-25.3.2004 |
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. Et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/1 tal-21.3.2007 |
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 tal-21.3.2007 |
Cucumis sativus L. |
Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat |
TP 61/2 tat-13.3.2008 |
Cucurbita pepo L. |
Qargħa bagħli jew Zukkini |
TP 119/1 tal-25.3.2004 |
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ |
TP 184/1 tal-25.3.2004 |
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti għall-għalf |
TP 49/3 tat-13.3.2008 |
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/1 tal-25.3.2004 |
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/3 tal-21.3.2007 |
Lycopersicon esculentum Mill. |
Tadam |
TP 44/3 tal-21.3.2007 |
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira u Fażola tixxeblek |
TP 12/2 tal-1.12.2005 |
Pisum sativum L. (partim) |
Piżella mkemmxa, Piżella tonda u Piżella ħelwa (sugar pea) |
TP 7/1 tas-6.11.2003 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell |
TP 64/1 tas-27.3.2002 |
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/2 tat-13.3.2008 |
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella |
TP 75/2 tal-21.3.2007 |
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
TP Broadbean/1 tal-25.3.2004 |
Zea mays L. (partim) |
Sweet corn u Pop corn |
TP 2/2 tal-15.11.2001 |
It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
ANNESS II
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tat-test tal-UPOV
Isem xjentifiku |
L-isem komuni |
Il-linjagwida tal-UPOV |
Allium fistulosum L. |
Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
TG/161/3 tal-1.4.1998 |
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
TG/198/1 tad-9.4.2003 |
Beta vulgaris L. |
Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi |
TG/106/4 tal-31.3.2004 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluża l-pitrava Cheltenham |
TG/60/7 tad-9.4.2008 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla |
TG/90/6 tal-31.3.2004 |
Brassica rapa L. |
Nevew |
TG/37/10 tal-4.4.2001 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana |
TG/154/3 tat-18.10.1996 |
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa aħmar |
TG/155/4 tat-28.3.2007 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell iswed |
TG/63/6 tal-24.3.1999 |
Rheum rhabarbarum L. |
Rabarbru |
TG/62/6 tal-24.3.1999 |
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew Salsafja sewda |
TG/116/3 tal-21.10.1988 |
It-test ta’ dawn il-linjigwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).