This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0025
Directive 2008/25/EC of the European Parliament and of the Council of 11 March 2008 amending Directive 2002/87/EC on the supplementary supervision of credit institutions, insurance undertakings and investment firms in a financial conglomerate, as regards the implementing powers conferred on the Commission
Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
Direttiva 2008/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
ĠU L 81, 20.3.2008, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002L0087 | Emenda | artikolu 20.1 | 21/03/2008 | |
Modifies | 32002L0087 | Tlestija | artikolu 20.1 | 21/03/2008 | |
Modifies | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 21.3 | 21/03/2008 | |
Modifies | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 21.4 | 21/03/2008 | |
Modifies | 32002L0087 | Sostituzzjoni | artikolu 21.2 | 21/03/2008 |
20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/40 |
DIRETTIVA 2008/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2002/87/KE dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/87/KE (4) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi iħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda. |
(3) |
Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE sabiex tikkjarifika l-aspetti tekniċi ta’ xi wħud mid-definizzjonijiet mogħtija f’dik id-Direttiva, partikolarment sabiex jittieħed kont ta’ l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fit-teknika prudenzjali, u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva fil-Komunità. Ladarba dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/87/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(5) |
Id-Direttiva 2002/87/KE tistipula limitu ta’ żmien fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-implimentazzjoni ta’ strumenti adottati taħt il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, b’hekk, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li ser jiżguraw li l-proposti mmirati li jħassru d-dispożizzjonijiet fl-atti li jistipulaw limitu ta’ żmien fuq id-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati kemm jista’ jkun malajr. Konsegwentement għall-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2002/87/KE għandha titħassar. |
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effikaċja kif ukoll ir-responsabbiltà demokratika. |
(7) |
Id-Direttiva 2002/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
(8) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 2002/87/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jeħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan l-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni 2002/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 20(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 21 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(6) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.