EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32005R0078

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 78/2005 tad- 19 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 rigward metalli ta’ densità għolja (heavy metals) Test b’relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 16, 20.1.2005, s. 43–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, s. 59–61 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Dokumentets juridiske status Ikke længere i kraft, Gyldighedsperiodens slutdato: 28/02/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/78/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 78/2005

tad-19 ta' Jannar 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 rigward metalli ta’ densità għolja (heavy metals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat lit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistipula l-proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) ta’ dan,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċertu kontaminanti f’oġġetti ta’ l-ikel. Dawn il-miżuri, kif speċifikament emendati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 221/2002 (3), jinkludu livelli massimi għall-metalli ta’ densità għolja li huma ċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju.

(2)

Hu essenzjali, sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, li l-kontaminanti jinżammu f’livelli li ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa. Il-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju jeħtieġ li jkunu żguri u baxxi daqs kemm wieħed jista’ jbaxxihom raġonevolment (ALARA) u bbażati fuq manifattura tajba u prattiċi tajba ta’ agrikoltura u sajd. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida dwar il-possibbiltà ta’ kisba ta’ livelli massimi f'ċerti speċi akwatiċi hu neċessarju li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 466/2001 għal dawn il-kontaminanti f’ċertu ikel. Id-dispożizzjonijiet riveduti jżommu livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-konsumatur.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu jiġi emendat għalhekk.

(4)

Il-miżuri li hu provdut għalihom f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 466/2001 hu emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, nhar id-19 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 684/2004 (ĠU L 106, 15.4.2004, p. 6).

(3)  ĠU L 37, 7.2.2002, p. 4.


ANNESS

Sezzjoni 3. ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 466/2001 hu mmodifikat kif ġej.

1)

F’dak li jirrigwarda ċ-Ċomb (Pb), punti 3.1.4., 3.1.4.1. u 3.1.5. huma mibdula bil-punti li ġejjin:

Prodott

Livell Massimu

(mg/kg piż imxarrab)

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għat-teħid tal-kampjuni

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għall-metodi ta’ l-analiżi

“3.1.4.

Laħam tal-muskoli tal-ħut (1), esklużi speċi mniżżla f’ 3.1.4.1.

0,20

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3.1.4.1.

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (1)  (2):

 

(Pomadasys benneti)

 

Lingwata (Dicologoglossa cuneata)

 

Mulett(Mugil labrosus labrosus)

 

Sallura (Anguilla anguilla)

 

Sardin (Sardina pilchardus)

 

Sardin (Sardinops species)

 

Sawrell (Trachurus species)

 

Spnott (Dicentrarchus punctatus)

 

Xirgien (Diplodus vulgaris)

0,40

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3.1.5.

Krustaċji, eskluż laħam kannella tal-granċ u eskluż il-laħam tar-ras u tat-toraċi ta’ l-awwista u krustaċji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae)

0,50

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

2)

F’dak li jirrigwarda l-Kadmju (Cd), punti 3.2.5. u 3.2.5.1. huma mibdula bil-punti li ġejjin u punt ġdid 3.2.5.2. hu miżjud:

Prodott

Livell Massimu

(mg/kg piż imxarrab)

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għat-teħid tal-kampjuni

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għall-metodi ta’ l-analiżi

“3.2.5.

Laħam tal-muskoli tal-ħut (3)  (4), esklużi speċi mniżżla f’3.2.5.1. u 3.2.5.2.

0,05

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3.2.5.1.

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (3)  (4):

 

(Luvarus imperialis)

 

Inċova (Engraulis species)

 

Lingwata (Dicologoglossa cuneata)

 

Mulett (Mugil labrosus labrosus)

 

Plamtu (Sarda sarda)

 

Sallura (Anguilla anguilla)

 

Sardin (Sardina pilchardus)

 

Sardin (Sardinops species)

 

Sawrell (Trachurus species)

 

Tonn (Thunnus species, Euthynnus species, Katsuwonus pelamis)

 

Xirgien (Diplodus vulgaris)

0,10

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3.2.5.2.

Laħam tal-muskolu tal-pixxispad (Xiphias gladius)

0,30

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3)

F’dak li jirrigwarda l-Merkurju (Hg), punti 3.3.1. u 3.3.1.1. huma mibdula bil-punti li ġejjin:

Prodott

Livell Massimu

(mg/kg piż imxarrab)

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għat-teħid tal-kampjuni

Kriterji ta’ eżekuzzjoni għall-metodi ta’ l-analiżi

“3.3.1.

Prodotti tas-sajd u laħam tal-muskoli tal-ħut (5)  (7)), esklużi speċi mniżżla f’ 3.3.1.1.

0,50  mg/kg

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE

3.3.1.1.

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (5)  (6):

 

anglerfish (Lophius species)

 

(Anarhichas lupus)

 

Centroscymnes coelolepis)

 

(Coryphaenoides rupestris)

 

(Hoplostethus species)

 

(Istiophorus platypterus)

 

(Lepidocybium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus, Gempylus serpens)

 

(Orcynopsis unicolor)

 

(Sebastes marinus, S. mentella, S. viviparus)

 

(Tricopterus minutes)

 

Barbun (Lepidorhombus species)

 

Fjamma (Lepidopus caudatus, Aphanopus carbo)

 

Ħalibut (Hippoglossus hippoglossus)

 

Kelb il-baħar (l-ispeċi kollha)

 

Lizz (Esox lucius)

 

Marlin (Makaira species)

 

Mulett (Mullus species)

 

Paġella (Pagellus species)

 

Pertriċa (Lophius species)

 

Pixxispad (Xiphias gladius)

 

Plamtu (Sarda sarda)

 

Rajja (Raja species)

 

Sallura (Anguilla species)

 

Tonn (Thunnus species, Euthynnus species, Katsuwonus pelamis)

1,0  mg/kg

Direttiva 2001/22/KE

Direttiva 2001/22/KE


(1)  Fejn il-ħut hu intenzjonat li jittiekel sħiħ, il-livell massimu għandu japplika għall-ħuta kollha.

(2)  Ħut u prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (c) u (f) tal-lista ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).”

(3)  Fejn il-ħut hu intenzjonat li jittiekel sħiħ, il-livell massimu għandu japplika għall-ħuta kollha.

(4)  Ħut u prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (c) u (f) tal-lista ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).”

(5)  Fejn il-ħut hu intenzjonat li jittiekel sħiħ, il-livell massimu għandu japplika għall-ħuta kollha.

(6)  Ħut u prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (c) u (f) tal-lista ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

(7)  Ħut u prodotti tas-sajd kif definiti fil-kategoriji (a), (c) u (f) tal-lista ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).”


Op