This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0586
Council Joint Action 2005/586/CFSP of 28 July 2005 extending and amending the mandate of the European Union Special Representative for the African Great Lakes Region
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/586/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/586/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika
ĠU L 199, 29.7.2005, p. 97–98
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 357–358
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32003E0869 | 28/02/2006 | |||
Modifies | 32003E0869 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 01/09/2005 | |
Modifies | 32003E0869 | Sostituzzjoni | artikolu 5.1 | 01/09/2005 |
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
357 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/586/PESK
ta’ 28 ta' Lulju 2005
li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta' Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika. |
(2) |
Fit-28 ta' Ġunju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/530/PESK (2) li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK. |
(3) |
Fit-2 ta' Frar 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/96/PESK (3) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika sal-31 ta' Awwissu 2005. |
(4) |
Fit-2 ta' Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/355/PESK (4) dwar il-missjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tipprovdi konsulenza u għajnuna għal riforma fis-settur ta' sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC), u tipprevedi għal rwol speċifiku għar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR). |
(5) |
Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi emendat u estiż għal 6 xhur oħra. |
(6) |
L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Aldo AJELLO bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar ta' l-Afrika, huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2006.
Artikolu 2
L-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 3 Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, il-mandat ta' l-EUSR għandu jkun li:
|
2) |
L-Artikolu 5(1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 460 000.” . |
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2005.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 326, 13.12.2003, p. 37.
(2) ĠU L 234, 3.7.2004, p. 13.
(4) ĠU L 112, 3.5.2005, p. 20.