This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Human blood and blood components - maintaining standards
Id-demm uman u l-komponenti tad-demm — inżommu l-istandards
Id-demm uman u l-komponenti tad-demm — inżommu l-istandards
Id-donazzjonijiet tad-demm uman u tal-plażma jipprovdu l-bażi għal medda wiesgħa ta' terapiji essenzjali li ta' spiss isalvaw ħajjiet. Id-demm u l-komponenti tiegħu jintużaw ukoll għall-kirurġija ta' rutina biex itawwlu l-ħajja ta' pazjent. Il-kwalità u sigurtà tagħhom għandhom jiġu ggarantiti biex tiġi prevenuta kwalunkwe trażmissjoni ta' infezzjoni jew mard.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li:
Fl-aħħar nett, l-istabbilimenti tad-demm iridu jevalwaw lid-donaturi kollha tad-demm, jittestjaw kull donazzjoni (biex jiċċekkjaw jekk id-donatur għandux l-epatite B jew Ċ pereżempju) u jiżguraw il-ħażna, it-trasport u t-tqassim kif suppost tad-demm donat.
Daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Frar 2003. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-8 ta' Frar 2005.
Demm, tessuti u organi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30–40)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 25–39). Fit-test oriġinali ġew inkorporati diversi emendi fid-Direttiva 2004/33/KE. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/61/KE tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-traċċabilità u n-notifika ta' reazzjonijiet u avvenimenti li huma serjament avversi (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 32-40)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/62/KE tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u speċifikazzjonijiet Komunitarji fir-rigward ta’ sistema ta’ kwalità għall-istabbilimenti tad-demm (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 41-48)
l-aħħar aġġornament 24.11.2015