EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0060
2010/60/: Commission Decision of 2 February 2010 on the clearance of the accounts of the paying agencies of Malta concerning expenditure in the field of rural development measures financed by the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) for the 2007 financial year (notified under document C(2010) 459)
2010/60/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Malta dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 459)
2010/60/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Malta dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 459)
ĠU L 34, 5.2.2010, p. 30–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Frar 2010
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Malta dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 459)
(It-test bil-Malti biss huwa awtentiku)
(2010/60/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/395/KE (2) u 2009/85/KE (3) approvaw, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas ħlief għall-aġenzija tal-ħlas Maltija MRAE. |
(2) |
Wara t-trażmissjoni ta' tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”. |
(3) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenzija ta’ ħlas Maltija “MRAE” dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan qed jiġu approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li japplikaw f’Malta huma stipulati fl-Anness I u fl-Anness II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25.
ANNESS I
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TA' ĦLAS
SENA FINANZJARJA 2007 – FAEG NEFQA GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI ĠODDA
L-AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW JITĦALLAS LILL-ISTATI MEMBRU
SM |
|
2007 – In-nefqa tal-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma |
Total a + b |
Tnaqqis |
Total |
Ħlasjiet Interim rimbursati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
L-Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru |
|
approvati |
mhux approvati |
|||||||
= in-nefqa dikjarata fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tal-Ħlasijiet Interim rimbursati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
|||||||
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e = c + d |
f |
g = e – f |
MT |
EUR |
4 148 025,92 |
0,00 |
4 148 025,92 |
0,00 |
4 148 025,92 |
4 148 025,00 |
0,92 |
ANNESS II
NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA FAEG DWAR L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-2007 FL-ISTATI MEMBRI ĠODDA.
DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TAN-NEFQA.
MS |
Le |
Miżuri |
Spiża 2007 Anness I kolonna “a” |
Tnaqqis Anness I kolonna “d” |
Ammont approvat għall-2007 Anness I kolonna „e“ |
MT |
Le |
Miżuri |
i |
ii |
iii = i + ii |
|
1 |
Żoni Anqas Vantaġġati |
1 720 811,99 |
0,00 |
1 720 811,99 |
|
2 |
Agri-ambjent |
602 487,79 |
0,00 |
602 487,79 |
|
3 |
Ksib ta' Standards |
151 000,30 |
0,00 |
151 000,30 |
|
4 |
Gruppi ta' Produtturi |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
5 |
Għajnuna Teknika |
101 978,48 |
0,00 |
101 978,48 |
|
6 |
Għajnuna Komplementari mill-Istat |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
7 |
Miżura ad hoc |
1 571 747,36 |
0,00 |
1 571 747,36 |
|
|
Total |
4 148 025,92 |
0,00 |
4 148 025,92 |