Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0060

2010/60/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 2010 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Malta dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 459)

OJ L 34, 5.2.2010, p. 30–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/60(1)/oj

5.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 2010

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Malta dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 459)

(It-test bil-Malti biss huwa awtentiku)

(2010/60/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/395/KE (2) u 2009/85/KE (3) approvaw, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas ħlief għall-aġenzija tal-ħlas Maltija MRAE.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta' tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”.

(3)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nefqa li ma ġietx effettwata skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija ta’ ħlas Maltija “MRAE” dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan qed jiġu approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li japplikaw f’Malta huma stipulati fl-Anness I u fl-Anness II.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2010.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25.

(3)  ĠU L 33, 3.2.2009, p. 31.


ANNESS I

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TA' ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2007 – FAEG NEFQA GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI ĠODDA

L-AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT JEW JITĦALLAS LILL-ISTATI MEMBRU

SM

 

2007 – In-nefqa tal-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Ħlasjiet Interim rimbursati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

L-Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru

approvati

mhux approvati

= in-nefqa dikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= total tal-Ħlasijiet Interim rimbursati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

MT

EUR

4 148 025,92

0,00

4 148 025,92

0,00

4 148 025,92

4 148 025,00

0,92


ANNESS II

NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA FAEG DWAR L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-2007 FL-ISTATI MEMBRI ĠODDA.

DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TAN-NEFQA.

MS

Le

Miżuri

Spiża 2007

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għall-2007

Anness I kolonna „e“

MT

Le

Miżuri

i

ii

iii = i + ii

 

1

Żoni Anqas Vantaġġati

1 720 811,99

0,00

1 720 811,99

 

2

Agri-ambjent

602 487,79

0,00

602 487,79

 

3

Ksib ta' Standards

151 000,30

0,00

151 000,30

 

4

Gruppi ta' Produtturi

0,00

0,00

0,00

 

5

Għajnuna Teknika

101 978,48

0,00

101 978,48

 

6

Għajnuna Komplementari mill-Istat

0,00

0,00

0,00

 

7

Miżura ad hoc

1 571 747,36

0,00

1 571 747,36

 

 

Total

4 148 025,92

0,00

4 148 025,92


Top