EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0534

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 534/2009 tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

ĠU L 156, 19.6.2009, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/534/oj

19.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 156/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 534/2009

tat-18 ta’ Ġunju 2009

li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


ANNESS

għar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2009 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

“ANNESS I

Kodiċi NM

Deżinjazzjoni tal-merkanzija

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

105,0

0

BR

106,4

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

112,9

2

BR

98,6

6

AR

0207 14 10

Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

200,0

30

BR

220,7

24

AR

270,2

9

CL

0207 14 50

Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

191,9

6

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

112,0

9

BR

99,4

13

AR

0207 25 10

Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

223,4

0

BR

0207 27 10

Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

230,2

20

BR

229,8

20

CL

0408 11 80

Isfra tal-bajd

368,7

0

AR

0408 91 80

Bajd imnixxef bla qoxra

348,3

0

AR

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

257,7

9

BR

3502 11 90

Albumini mnixxfa tal-bajd

555,5

0

AR


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


Top