EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0112

Deċiżjoni Nru 7/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tat- 22 ta' Novembru 2005 dwar l-użu tat-tieni allokazzjoni ta' EUR 250 miljun mill-elf miljun EUR kondizzjonali taħt id-disa' EDF biex jintużaw għat-tieni pagament għall-Faċilità għall-Ilma ta' l-ACP-UE

OJ L 48, 18.2.2006, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 270M, 29.9.2006, p. 219–219 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/112(1)/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

219


DEĊIŻJONI Nru 7/2005 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE

tat-22 ta' Novembru 2005

dwar l-użu tat-tieni allokazzjoni ta' EUR 250 miljun mill-elf miljun EUR kondizzjonali taħt id-disa' EDF biex jintużaw għat-tieni pagament għall-Faċilità għall-Ilma ta' l-ACP-UE

(2006/112/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-CE (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 8 ta' l-Anness I tiegħu,

Billi:

(1)

Skond id-Dikjarazzjoni ta' l-UE dwar il-Protokoll Finanzjarju, annessa bħala d-Dikjarazzjoni XVIII għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, mill-ammont totali ta' EUR 13,5 elf miljun tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għall-pajjiżi ACP, EUR 12,5 elf miljun biss kienu rilaxxati immedjatament meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju fl-1 ta' April 2003.

(2)

Fit-22 ta' Marzu 2004, il-Kunsill ta' l-UE qabel li jistabbilixxi “Faċilità għall-Ilma” għall-pajjiżi ACP ta' ammont ta' EUR 500 miljun u li jirrilaxxa l-ewwel allokazjoni ta' EUR 250 miljun. Din id-Deċiżjoni ttieħdet abbażi li l-livell ta' impenji u ħlasijiet fit-tmien l-2003, flimkien mal-previżjonijiet għall-perijodu 2004-2007 ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea indikaw li r-riżorsi tad-disa' EDF għall-pajjiżi ACP setgħu jiġu impenjati kollha.

(3)

L-ewwel allokazzjoni ta' EUR 250 miljun ġiet rilaxxata u distribwita.

(4)

Bid-deċiżjoni msemmija, il-Kunsill ta' l-UE ddeċieda, fid-dawl tar-riżultat tar-reviżjonijiet intermedji ta' l-istrateġiji tal-pajjiżi u tar-reviżjoni tat-twettiq ta' l-EDF li saru mill-Kunsill qabel it-tmiem ta' l-2004, li qabel l-aħħar ta' l-2005, jiddeċiedi dwar il-mobilizzazzjoni tat-tieni allokazzjoni ta' EUR 250 miljun u dwar l-Euro 500 li jibqa' mill-elf miljun EUR kondizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(2) tal-Ftehim Intern għal finijiet li għad iridu jiġu miftiehma,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-tieni allokazzjoni ta' EUR 250 miljun għall-Faċilità għall-Ilma għandha tkun fornuta mill-fondi li ġejjin:

1)

EUR 185 miljun mill-pakkett ta' appoġġ għall-iżvilupp għall-perijodu fit-tul, imsemmi fil-paragrafu 3(a) tal-Protokoll Finanzjarju;

2)

EUR 24 miljun mill-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, u l-paragrafu 3 (b) tal-Protokoll Finanzjarju;

3)

EUR 41 miljun mill-Faċilità ta' Investiment fil-paragrafu 3(ċ) tal-Protokoll Finanzjarju.

L-ammonti msemmija fil-punti 1) u 3) hawn fuq huma trasferiti għall-allokazzjoni intra-ACP tal-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mill-jum li fih tkun adottata.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-CE

Il-President

A. JOHNSON


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.


Top