This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0015
Decision of the EEA Joint Committee No 15/2001 of 28 February 2001 amending Annex IX (Financial services) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2001 tat-28 ta' Frar 2001 li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim tal-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2001 tat-28 ta' Frar 2001 li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim tal-ŻEE
ĠU L 117, 26.4.2001, p. 13–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(59) | Sostituzzjoni | punt 14 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 15 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 16 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Sostituzzjoni | punt 16a punt (b) inċiż 1 | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 17 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 18 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 19 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 20 Test | 01/03/2001 | |
Modifies | 21994A0103(59) | Tħassir | punt 23a Test | 01/03/2001 |
Official Journal L 117 , 26/04/2001 P. 0013 - 0015
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2001 tat-28 ta' Frar 2001 li jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim tal-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 [1]. (2) Id-Direttiva nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-istabbiliment u l-kontinwazzjoni ta' attività kummerċjali marbuta ma' istituzzjonijiet ta' kreditu [2] Jikkonsolida diversi atti li bħalissa huma nkorporati fl-Anness IX tal-Ftehim. (3) Id-Direttiva Nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Direttiva Nru. 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tħassar diversi atti li bħalissa huma inkorporati fil-Ftehim, inklużi atti b'adattamenti taż-ŻEE. (5) L-emendi taż-ŻEE lill-Atti mħassrin bid-Direttiva 2000/12/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom ikunu miżmuma, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. It-test ta' punt 14 (Direttiva tal-Kunsill 73/183/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej: "32000 L 0012: Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-istabbiliment u l-kontinwazzjoni ta' attività kummerċjali marbuta ma' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: (a) dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 2(3): - "— fl-Islanda "Byggingarsjóðir ríkisins"; - — fil-Liechtenstein, il-Liechtensteinische Landesbank." (b) L-Artikolu 5(4) għandu jaqra: "Parti kontraenti tista' tiddeċiedi li l-istituzzjonijiet tal-kreditu diġà eżistenti fl-1 ta' Jannar 1994, il-fondi propji tagħhom li ma jilħqux il-livelli preskritti għall-kapital inizjali fil-paragrafi nru. 1 u 2, jistgħu jkompli bl-attivitajiet tagħhom. F'dan il-każ, il-fondi tagħhom ma jistgħux jaqgħu taħt l-ogħla livell milħuq b'effett mit-2 ta' Mejju 1992."; (ċ) Fir-rigward ta' relazzjonijiet ma'istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva, dan li ġej għandu japplika: 1. Bil-għan li jintlaħaq l-ogħla livell ta' konverġenza bl-applikazzjoni ta' reġim għal istituzzjoni ta' kreditu ta' pajjiż terz, il-partijiet kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kif msemmi fl-Artikoli 23(2) u 23(6) u l-kosultazzjonijiet għandhom isiru dwar kwistjonijiet msemmija fl-Artikoli 23(3), 23(4) u 23(5), fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u skond il-proċeduri speċifiċi li għandhom jkunu miftiemha bejn il-partijiet kontraenti. 2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' parti kontraenti lill-istituzzjoni ta' kreditu li huma sussiddjarji diretti jew indiretti ta' l-impriża l-iżjed importanti regolati mil-liġi ta' pajjiż terz ser ikunu validi skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fit-territorju kollu tal-partijiet kontraenti. Madankollu, (a) meta xi pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-istabbiliment ta' istituzjonijiet ta' kreditu ta' Stat ta' l-EFTA, jew jimponi restrizzjonijiet fuq dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jkunx impona fuq istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Komunità, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-Komunità lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma sussidjarji diretti jew indiretti ta' impriżi l-iżjed importanti regolati mil-liġi ta' dak il-pajjiż terz ser tkun valida biss fil-Komunità, b'eċċezzjoni ta' meta Stat ta' l-EFTA jiddeċiedi xort'oħra għall-ġurisdizzjoni tiegħu; (b) meta l-Komunità tiddeċiedi li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizazzjonijiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma sussidjarji diretti jew indiretti ta' impriżi maġġuri regolati mil-liġijiet ta' pajjiż terz għandhom ikunu limitati jew sospiżi, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti ta' Stat ta' l-EFTA lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollha validità biss fil-ġurisdizzjoni tal-pajjiż, b'eċċezzjoni ta' meta parti kontraenti oħra tiddeċiedi b'mod differenti għall-ġurisdizzjoni tagħha; (ċ) il-limitazzjonijiet jew is-sospensjonijiet msemmija fis-subinċiżi (a) u (b) ma jistgħux jkunu applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu jew sussidjarji tagħhom li huma diġà awtorizzati fit-territorju tal-parti kontraenti. 3. Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz fuq il-bażi ta' l-Artikoli 23(4) u 23(5), sabiex tikseb trattament nazzjonali u aċċess effettiv għas-suq għall-istituzzjonijiet ta' kreditu tagħha, għandha tfittex li tikseb trattament ugwali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' l-Istati ta' l-EFTA; (d) L-Artikoli 24(2) u 24(3) ma japplikawx; (e) Kull meta parti kontraenti tkun iddeċidiet li tibda n-negozjati kif msemmi fl-Artikolu 25 ta-Direttiva, din għandha tinforma il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE bil-pjanijiet tagħha. Il-partijiet kontraenti għandhom jikkonsultaw fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq liema direzzjoni għandhom jieħdu, kull meta din tkun ta' interess reċiproku; (f) L-Artikolu 61 għandu japplika għan-Norveġja; (g) L-Artikolu 64(1) għandu jaqra: "Jekk, fit-28 ta' Ġunju 1994, istituzzjoni ta' kreditu tkun inkorriet skopertura jew skoperturi li jeċċedu jew il-limitu ta' skopertura kbira jew il-limitu ta' skopertura kbira magħquda flimkien stabbilit fl-Artikolu 49, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata sabiex tieħu passi sabiex iġġib fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 49 dawk l-iskopertura jew skoperturi."; (h) L-Artikolu 64(3) għandu jaqra: "Istituzzjoni ta' kreditu ma tistgħax tieħu xi miżura li tikkawża l-iskoperuta msemmija fil-paragrafu nru. 1 biex jaqbeż il-livell tagħhom fit-28 ta' Ġunju 1994."" 2. Fil-punt 16a (Direttiva Nru. 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), l-ewwel inċiż ta' l-emenda (b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:"- istituzzjonijiet ta' kreditu kif spjegat fl-ewwel subinċiż ta'l-Artikolu 1 tad-Direttiva Nru. 2000/12/KE,". 3. It-testi tal-punt 15 (l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE), punt 16 (it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE), punt 17 (Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE), punt 18 (Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE), punt 19 (Direttiva tal-Kummissjoni 91/31/KEE), punt 20 (Direttiva tal-Kunsill 92/30/KEE) u l-punt 23a (Direttiva tal-Kunsill 92/121/KEE) għandhom jiġu mħassra. Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2001, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-sezzjoni taż-ŻEE, u fis-suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, 28 ta' Frar 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 47. [2] ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. [3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------