Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2005C0329

    Deċiżjoni ta' l-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA Nru 329/05/COL ta' l- 20 ta' Diċembru 2005 li temenda għall-54 darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat li jinkludu proposti għal miżuri xierqa

    ĠU L 62, 6.3.2008, p. 30–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2016; Mibdul minn E2014C0216

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/329/oj

    6.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 62/30


    DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA

    Nru 329/05/COL

    ta' l-20 ta' Diċembru 2005

    li temenda għall-54 darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam ta' l-għajnuna mill-Istat li jinkludu proposti għal miżuri xierqa

    L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA' L-EFTA,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokol 26 tiegħu,

    WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorita ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2), b'mod partikolari l-Artikolu 24, l-Artikolu 5(2)(b), l-Artikolu 1 fil-Parti I tal-Protokoll 3 u l-Artikoli 18 u 19 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tagħhom,

    BILLI skond l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA se tibda teffettwa d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

    BILLI skond l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar il-kwistjonijiet li ġew ittrattati fil-Ftehim taż-ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti hekk jistipola espressament jew jekk l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA tħoss illi hu neċessarju,

    FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (3) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (4),

    BILLI, fis-6 ta' Settembru 2005, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni ġdida li tfassal il-prinċipji għall-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat dwar l-iffinanzjar ta' l-ajruporti u għajnuna tal-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (5),

    BILLI din il-Komunikazzjoni hija wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

    BILLI applikazzjoni uniformi tar-regoli ta' Għajnuna mill-Istat taż-ŻEE għandha tkun żgurata fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha,

    BILLI skond il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fi tmiem l-Anness XV għall-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, atti li jikkorrispondu għal dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

    WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

    FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta' l-EFTA kkonsultat ma' l-Istati ta' l-EFTA permezz ta' ittra datata s-7 ta’ Novembru 2005 dwar is-suġġett,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    (1)

    Il-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għandhom ikunu emendati bl-introduzzjoni ta' Kapitolu ġdid 30A, l-iffinanzjar ta' l-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu mill-ajruporti reġjonali. Il-Kapitolu l-ġdid jinsab f'Anness I ta' din id-Deċiżjoni. Miżuri xierqa, li jinsabu f'Anness I ta' din id-Deċiżjoni, qed jiġu proposti.

    (2)

    L-Istati ta’ l-EFTA għandhom ikunu mgħarrfa permezz ta’ ittra, inkluża kopja ta’ din id-Deċiżjoni u inkluż l-Anness tiegħu. L-Istati ta' l-EFTA huma mitluba li jiffirmaw il-qbil tagħhom għal din il-propsta għal miżuri xierqa sa l-1 ta' Ġunju 2006.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa, skond il-punt (d) tal-Protokoll 27 tal-Ftehim taż-ŻEE, permezz ta’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness.

    (4)

    Id-Deċiżjoni, inkluż Anness I, għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Fil-każ illi l-Istati ta' l-EFTA jaċċettaw il-proposta ta' miżuri xierqa, avviż qasir għandu jkun ippubblikat fit-Taqsima taż-ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (mehmuż fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni).

    (6)

    Id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

    Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA

    Einar M. BULL

    President

    Kurt JÄGER

    Membru tal-Kulleġġ


    (1)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”.

    (2)  Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar il-Sorveljanza u l-Qorti”.

    (3)  Minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.

    (4)  Inizjalment ippubblikat fil-ĠU L 231, 3.9.1994, fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 32 fl-istess data. Verżjoni aġġornata tal-Linji ta’ Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jinsabu fuq il-websajt ta’ l-Awtorità: www.eftasurv.int

    (5)  Linji gwida tal-Komunità dwar l-iffinanzjar ta' l-ajruporti u għajnuna tal-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1).


    ANNESS

    “30A.   IL-FINANZJAMENT TA' L-AJRUPORTI U L-GĦAJNUNA TAL-BIDU LIL-LINJI TA' L-AJRU LI JITILQU MINN AJRUPORTI REĠJONALI

    30A.1.   Introduzzjoni

    30A.1.1.   Il-kuntest ġenerali

    (1)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem il-‘Kummissjoni Ewropea’ jew il-‘Kummissjoni’) ħarġet komunikazzjoni dwar il-finanzjament ta' l-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali li jiffurmaw parti mill-pjan ġenerali biex jinħoloq spazju ta' l-ajru wieħed Ewropew. Is-sett ta' miżuri ta' liberalizzazzjoni magħrufa bħala t-“tielet pakkett ta' l-ajru” li huma fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea sa mill-1993 u fiż-ŻEE sa mill-1994, għenu lill-operaturi kollha tat-trasport bl-ajru li għandhom il-liċenzja tal-KEE li jkollhom aċċess bla restrizzjoni fiż-żona koperta mill-Ftehim taż-ŻEE, li hija ħielsa mit-tariffi sa minn April 1997 (1). Bħala riżultat,ta' dan biex iċ-ċittadin ikun iggarantit servizz ta' kwalità kontinwa bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu fit-territorju kollu tagħhom, dawk l-Istati taż-ŻEE li jixtiequ jagħmlu dan stabbilixxew obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku konnessi mal-puntwalità tas-servizzi frekwenti, id-disponibilità tal-postijiet u r-rati preferenzjali għal ċerti kategoriji ta' dawk li jużawhom fi ħdan qafas legali ċar. Dawn l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku għenu biex it-trasport bl-ajru jkollu kontribut sinifikattiv għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u għal żvilupp ibbilanċjat fir-reġjuni.

    (2)

    Kif ukoll, ittieħdu numru ta' miżuri f'oqsma bħalma huma l-allokazzjoni ta' l-ispazji u l-ħinijiet (2), is-servizzi ta' assistenza fuq l-art (3) u s-sistemi ta' riżervazzjoni komputerizzata (4), sabiex isaħħu din il-liberalizzazzjoni tas-suq u jħallu n-negozju jikkompeti f'ambjent ġust u ugwali.

    (3)

    L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA (minn hawn 'il quddiem l-“Awtorità”) tqis il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea bħala rilevanti għaż-ZEE u għaldaqstant tadotta linji gwida korrispondenti skond is-setgħa mogħtija lilha minn Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-‘Ftehim dwar Sorveljanza u l-Qorti’) (5).

    (4)

    L-Awtorità tqis li l-ajruporti jista' jkollhom impatt fuq is-suċċess ta' l-ekonomiji lokali u fiż-żamma tas-servizzi lokali bħalma huma l-edukazzjoni u s-saħħa. Is-servizzi ghall-passiġġieri u t-tagħbija jistgħu jkunu kruċjali għall-kompettitività u l-iżvilupp f'xi reġjuni. L-ajruporti li jipprovdu s-servizzi għall-oġġetti jistgħu jservu bħal kalamita għal-linji ta’ l-ajru u b'hekk jippromovu attività kummerċjali kif ukoll koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali fiż-żona koperta mill-Ftehim taż-ŻEE.

    (5)

    Barra minn hekk, l-Awtorità tilqa' l-iżvilupp u tapprezza l-kontribut magħmul mil-linji ta' l-ajru low cost għat-tnaqqis ġenerali fil-prezz ta' l-ivvjaġġar bl-ajru fl-Ewropa, għall-firxa aktar wiesgħa tas-servizzi eżistenti, u għall-aċċessibilità għall-ivvjaġġar bl-ajru għall-pubbliku akbar. Madanakollu, l-Awtorità għandha tassigura li jiġi osservat il-Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari r-regoli dwar il-kompetizzjoni, speċjalment dawk li jikkonċernaw l-għajnuna mill-istat.

    30A.1.1.1.   Tipi ta' Ajruporti

    (6)

    Fil-preżent, fl-industrija ta' l-ajruporti hemm diversi livelli ta' kompetizzjoni bejn id-diversi tipi ta' ajruporti. Dan hu fattur ewlieni meta tiġi nvestigata l-għajnuna mill-Istat, u jagħmilha meħtieġa li teżamina il-miżura li biha tista' tiġi mxekkla l-kompetizzjoni u l-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Ix-xenarji kompetittivi jiġu eżminati każ b'każ, skond is-swieq kkonċernati. Madanakollu, ir-riċerka (6) uriet li, ġeneralment, il-hubs internazzjonali prinċipali qed jikkompetu ma' ajruporti simili fis-swieq kollha tat-trasport ikkonċernat, bil-livell ta' kompetizzjoni jiddependi minn fatturi bħalma huma l-konġestjoni u l-eżistenza ta' trasport alternattiv, jew, f'certi każi (ara taħt), ma' ajruporti reġjonali kbar. Ajruporti reġjonali kbar jistgħu mhux biss ikunu qed jikkompetu ma' ajruporti reġjonali kbar oħra iżda wkoll mal-hubs ewlenin u t-trasport fuq l-art taż-ZEE, speċjalment jekk hemm kwalità għolja ta' aċċess mill-art għall-ajruport. Din ir-riċerka wriet ukoll li l-ajruporti ż-żgħar ġeneralment ma jikkompetux ma' ajruporti oħra ħlief, f'xi każijiet rari, ma' ajruporti ġirien ta' daqs simili fejn is-swieq jidħlu f'xulxin.

    (7)

    Għall-fini ta' dawn il-linji gwida, l-Awtorità idefinixxiet l-erba' kategoriji ta' ajruporti li ġejjin;

    kategorija A, minn hawn 'il quddiem ‘ajruporti kbar fiż-ŻEE’, b'aktar minn 10 miljun passiġġier fis-sena;

    kategorija B tiġbor fiha ‘ajruporti nazzjonali’, b'volum annwali ta' passiġġieri ta' bejn 5 u 10 miljuni;

    kategorija Ċ tiġbor fiha ‘ajruporti reġjonali kbar’, b'volum annwali ta' passiġġieri ta' bejn miljun u 5 miljuni;

    kategorija D, minn hawn 'il quddiem ‘ajruporti reġjonali żgħar’, b'volum annwali ta' anqas minn miljun passiġġier.

    30A.2.   L-għanijiet ta' dawn il-linji gwida u t-tibdiliet imqabbla mal-linji gwida ta' l-1994

    (8)

    Kapitolu 30 tal-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA jirreferi ghal-Linji gwida ta' l-1994 tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 (issa 87) u 93 (issa 88) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ZEE dwar l-għajnuna mill-Istat lis-settur ta' l-avjazzjoni (7) minn hawn 'il quddiem (”linji gwida għas-settur ta' l-avjazzjoni”). Il-linji gwida għas-settur ta' l-avjazzjoni ma jkoprux l-aspetti ġodda kollha marbuta mal-finanzjament ta' l-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu għal rotot ġodda.

    (9)

    Il-linji gwida tal-Kummissjoni ta' l-1994 għandhom x'jaqsmu kważi esklussivament mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' l-għajnuna mill-istat lil-linji ta' l-ajru, billi jillimitaw l-għajnuna operattiva diretta lil-linji ta' l-ajru għall-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku u għal għajnuna ta' natura soċjali. Parti II.3 tal-linji gwida tal-Kummissjoni ta' l-1994 tittratta l-investiment pubbliku fl-infrastuttura ta' l-ajruporti. Tistipula li ‘l-bini tal-proġetti infrastrutturali (ta' l-ajruport) jirrapreżenta miżura ġenerali tal-politika ekonomika li ma tistax tiġi kkontrollata mill-Kummissjoni skond ir-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-istat. Dan il-prinċipju ġenerali japplika biss għall-bini ta' l-infrastutturi mill-Istati Membri, u ma japplikax għall-għajnuna li ġejja minn trattament preferenzjali ta' ċerti kumpaniji għall-użu ta' l-infrastrutturi.’

    Għalhekk il-linji gwidi preżenti jiżdiedu, aktar milli jieħdu post, dawk tal-1994 billi jispeċifikaw kif ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jiġu applikati għad-diversi mezzi ta' finanzjament għall-ajruporti (ara Sezzjoni 30A.4), u għajnuna tal-bidu lil-linji ta' l-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ara Sezzjoni 30A.5).

    (10)

    Għal dan il-għan, l-Awtorità tqis il-kontribut li jagħtu l-ajruporti reġjonali li qed jiżviluppaw. Għalhekk:

    l-użu akbar ta' l-ajruporti reġjonali hu ta' siwi biex tingħeleb il-konġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru fil-hubs prinċipali Ewropej. Fil-White Paper tagħha, ‘Politika dwar trasport Ewropew għall-2010: Il-waqt li niddeċiedu’ (8), il-Kummissjoni tispjega li “diġà hemm pjan ta' azzjoni speċifiku għall-konġestjoni ta' l-ajru, iżda l-konġestjoni fuq l-art mhux qed tirċievi l-attenzjoni jew l-impenn xieraq. Madanakollu, kważi nofs il-ħamsin l-akbar ajruport ta' l-Ewropa diġà laħqu jew waslu biex jilħqu il-massimu tal-limitu ta' l-art li kapaċi jieħdu”;

    aktar postijiet ta' aċċess għal titjiriet intra Ewropej iżidu l-mobilità taċ-ċittadini Ewropej;

    l-iżvilupp ta' dawn l-ajruporti jgħin ukoll fl-iżvilupp ta' l-ekonomiji reġjonali kkonċernati.

    Madanakollu, l-ajruporti reġjonali ta' spiss iħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjoni inqas favorevoli minn hubs prinċipali Ewropej bħal Londra, Pariġi jew Frankfurt meta jiżviluppaw is-servizzi tagħhom. Ma jkollomx linja ta' l-ajru ta' riferenza kbira li tiffoka l-operat tagħha fuq dak l-ajruport sabiex toffri lill-passiġġieri l-iżjed konnessjonijiet possibli u biex tieħu vantaġġ mill-ekonomiji sinifikattivi fil-kobor li tippermetti struttura bħal din. Jista' jkun li ma jkunux għadhom laħqu d-daqs kritiku meħtieġ biex ikunu suffiċjentement attraenti. Barra minn hekk, l-ajruporti reġjonali ta' spiss iridu jegħlbu l-impressjoni ħażina u l-profil baxx minħabba l-okazzjoni tagħhom f'żoni li huma effettwati minn diffikultajiet ekonomiċi.

    (11)

    Huwa għalhekk li f'dawn il-linji gwida l-Awtorità ħadet approċċ pożittiv fl-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin żgurat li jkun hemm konformità stretta mal-prinċipji tat-trasparenza, mingħajr diskriminazzjoni u proporzjonalità sabiex ma tħallix li jkun hemm tfixkil fil-kompetizzjoni li ma jkunx fl-interess komuni fejn jidħol il-finanzjament pubbliku lill-ajruporti reġjonali u l-għajnuna mill-istat lil-linji ta' l-ajru.

    (12)

    Din l-istrateġija trid tkun taqbel ukoll ma' l-għanijiet ġenerali dwar il-politika dwar it-trasport, b'mod partikolari l-intermodalità mal-linji tal-ferroviji. Fi snin riċenti kien hemm kontribut sinifikattiv, kemm mil-lat ta' politika u finanzjament, sa l-insegwiment ta' programmi ambizzjużi biex jiġi żviluppat netwerk ta' ferroviji b'veloċità qawwija. Ferroviji b'veloċità qawwija joffru alternattivi attraenti għall-ivvjaġġar bl-ajru f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħin, prezz, kumdità u żvilupp sostenibbli. Minkejja x-xogħol li baqagħlu jsir biex in-netwerk ta' ferroviji b'veloċità qawwija jiġi estiż għaż-żona kollha koperta mill-Ftehim taż-ŻEE, għandu madanakollu jfittex li jgawdi mill-kapaċità ta' ivvjaġġar b'ferroviji b'veloċità qawwija biex jipprovdi konnessjonijiet effiċjenti u ta' kwalità għolja, u jinkoraġġixxi operaturi tal-ferroviji u ta' l-ajruplani sabiex skond l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE ż-żewġ modi ta' ivvjaġġar ikunu jikkumplimentaw lil xulxin fl-interess ta min jużahom.

    (13)

    Safejn dawn il-linji gwida jieħdu deċiżjoni dwar kwistjonijiet bħalma huma n-nuqqas jew il-preżenza ta' l-għajnuna, huma stipulaw, għal skopijiet ta' informazzjoni, l-interpretazzjoni ġenerali ta' l-awtorità dwar dawn il-kwistjonijiet fi żmien li tfasslu. Dan hu purament indikattiv, u bla preġudizzju għall-interpretazzjoni ta' dan il-kunċettt mill-Qorti ta' l-EFTA jew mill-Qrati tal-Komunità.

    30A.3.   Skop u regoli komuni ta' kompatibilità

    30A.3.1.   Skop u bażi legali

    (14)

    Dan il-qafas jispeċifika sa fejn u kif jiġi vvalutat mill-Awtorità il-finanzjament pubbliku ta' l-ajruporti u l-għajnuna mill-Istat biex jibdew joperaw rotot ta' l-ajru fid-dawl tar-regoli u l-proċeduri dwar l-għajnuna mill-istat. L-Awtorità għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-Artikolu 59(2) jew l-Artikolu 61(3), (b) jew (ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (15)

    L-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE jippermetti lill-Istati ta' l-EFTA li jidderogaw mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat rigward l-impriżi li jkunu fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku jekk l-applikazzjoni ta' regoli bħal dawn bil-liġi jew bil-fatti tfixkel l-operat tax-xogħol partikolari li jkun assenjat lilhom u bil-patt li l-iżvilupp tal-kummerċ ma jkunx affettwat b'tali mod li jmur kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti.

    (16)

    Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jelenka l-għajnuna li tista' tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mal-funżjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Artikolu 61(3)(a) u (ċ) jipprovdi għal derogi għal għajnuna mogħtija biex tippromwovi jew tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti oqsma u/jew ċerti attivitajiet ekonomiċi.

    (17)

    F'Kapitolu 25 tal-Linji gwida għall-Għajnuna mill-Istat dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali (minn hawn 'il quddiem il-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali), l-Awtorità indikat il-kundizzjonijiet li dwarhom tkun meqjusa bħala kompattibli l-għajnuna reġjonali mal-funzjonijiet tal-Ftehim taż-ZEE skond l-Artikolu 61(3)(a) u (ċ). L-għajnuna għall-operat (9) mogħtija lill-ajruporti jew lil-linji ta' l-ajru (bħalma hi l-għajnuna tal-bidu) jistgħu jiġu dikjarati kompatibbli taħt ċirkostanzi stretti f'reġjuni sotto privileġġati, jiġifieri reġjuni koperti mid-deroga stabbilita mill-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE, u għal żoni li m'għandhomx wisq popolazzjoni (10).

    (18)

    Skond l-Artikolu 61(3)(b), l-għajnuna biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' xi proġett importanti ta' interess komuni Ewropew tista' titqies bħala kompatibbli mal-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE. Issir riferenza partikolari għall-proġetti relatati man-netwerks trans-Ewropej, li jistgħu jinkludu proġetti għall-ajruporti.

    (19)

    Meta d-dispożizzjonijiet t'hawn fuq ma jkunux applikabbli, l-Awtorità tivvaluta l-kompatibilità ta' l-għajnuna mogħtija lill-ajruporti u għall-għajnuna tal-bidu skond l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ifasslu l-prinċipji li l-Awtorità trid timxi fuqhom meta tagħmel il-valutazzjoni tagħha.

    30A.3.2.   L-eżistenza ta' l-għajnuna mill-Istat

    30A.3.2.1.   L-attività ekonomika ta' l-ajruporti

    (20)

    IL-Ftehim taż-ŻEE jadotta pożizzjoni newtrali fil-kwistjoni dwar jekk stat jagħżilx li jkollu sidien ta' l-ajruporti pubbliċi jew privati. Fir-rigward ta' l-eżistenza ta' l-għajnuna mill-Istat, il-punt essenzjali hu jekk il-benefiċjarju hux qed iwettaq attività ekonomika (11). Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju li l-linji ta' l-ajru huma involuti f'attività ekonomika. Bl-istess mod, ladarba ajruport ikun involut f'attività ekonomika, ikun xi jkun l-istatus legali tiegħu jew il-mod li jkun iffinanzjat, dan jikkostitwixxi intrapriża skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk japplikaw ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat (12).

    (21)

    Fil-każ ‘Aéroports de Paris’ (13), Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja) iddeċidiet li l-ġestjoni ta' l-ajruport u l-attivitajiet operattivi li jikkonsistu fil-forniment tas-servizzi ta' l-ajruporti lil-linji ta' l-ajru u lid-diversi fornituri tas-servizzi fl-ajruporti huma attivitajiet ekonomiċi għax jikkonsistu fil-forniment tal-faċilitajiet ta' l-ajruporti lil-linji ta' l-ajru lid-diversi fornituri tas-servizzi, għal ħlas b'rata ffissata b'mod liberu mill-maniġer, u ma taqax taħt l-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tagħha bħala awtorità pubblika u huma separabbli mill-attivitajiet tagħha fit-twettiq ta' setgħat bħal dawn. Għalhekk, fil-prinċipju, l-operatur ta' l-ajruport, hu mdaħħal f'attività ekonomika skond it-tifsira ta' l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, li għalihom japplikaw r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat.

    (22)

    Madanakollu, mhux l-attivitajiet kollha ta' operatur ta' l-ajruport huma neċessarjament ta' natura ekonomika. Hu meħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu u li jiġi stabbilit safejn l-attivitajiet tiegħu huma ta' natura ekonomika (14).

    (23)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' l-istat fl-eżerżizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika mhumiex ta' natura ekonomika u ma jaqgħux taħt l-iskop tar-regoli għall-għajnuna mill-istat. Attivitajiet bħal dawn jinkludu s-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, il-pulizija, id-dwana, eċċ. B'mod ġenerali il-finanzjament ta' dawn l-attivitajiet irid ikun strettament ristrett għall-kumpens ta' l-ispejjeż li jinqalgħu u ma jistax minflok jintuża biex jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi oħra (15). Wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001, kif kien spjegat mill-Kummissjoni Ewropea fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-10 ta' Ottubru 2001, ‘M'hemmx għalfejn ngħidu li, jekk ċerti miżuri jiġu mposti direttament fuq il-linji ta' l-ajru u l-operaturi l-oħra fis-settur bħal ma huma l-ajruporti, il-fornituri tas-servizzi fuq l-art u dawk li jipprovdu s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-finanzjament ta’ miżuri bħal dawn mill-awtoritajiet pubbliċi ma jridux iwasslu biex għajnuna għall-operat tkun inkompatibbli mat-Trattat.’

    30A.3.2.2.   Attivitajiet fl-ajruport li jikkostitwixxu servizz ta' interess ekonomiku ġenerali

    (24)

    Ċerti attivitajiet ekonomiċi li jsiru mill-ajruporti jistgħu jitqiesu mill-awtoritajiet pubbliċi bħala li jikkostitwixxu servizz ta' interess ġenerali ekonomiku. F'dan il-każ, l-awtorità timponi fuq l-operatur ta' l-ajruport ċerti obbligazzjonijiet ta' servizz pubbliku sabiex tassigura li l-interess pubbliku ġenerali qed jiġi moqdi kif inhu xieraq. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-operatur ta' l-ajruport jista' jiġi kumpensat mill-awtoritajiet pubbliċi għall-ispejjeż addizzjonali li jinqalgħu mill-obbligazzjoni għas-servizz pubbliku. Mhux impossibli li f'każijiet eċċezzjonali, il-ġestjoni totali ta' l-ajruport titqies bħala servizz ta' interess ġenerali ekonomiku. F'dan il-każ, l-awtorità pubblika tista' timponi obbligazzjoni għas-servizz pubbliku fuq ajruport - per eżempju, ajruport li jinsab f'reġjun iżolat - u tista' tiddeċiedi li tagħti kumpens għal dawn l-obbligazzjonijiet. Madanakollu, għandu jiġi nnotat li l-ġestjoni totali ta' ajruport bħala servizz ta' interess ġenerali ekonomiku m'għandux ikopri attivitajiet li mhumiex direttament marbuta ma' l-attivitajiet bażiċi tiegħu u mniżżel f'paragrafu 43(iv).

    (25)

    Dwar dan, l-Awtorità tiġbed l-attenzjoni għas-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Altmark (16), li stabbilixxiet każistika f'dan ir-rigward. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kumpens għal servizz pubbliku ma jikkostitwixxix għajnuna mill-istat skond it-tifsira ta' l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE kemm-il darba jinżammu dawn l-erba' kriterji:

    (1)

    l-intrapriża trid fil-fatt ikollha obbligazzjonijiet għal servizz pubbliku, li jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar;

    (2)

    Il-parametri li fihom jiġi kkalkulat il-kumpens irid jiġi stabbilit bil-quddiem b'mod oġġettiv u trasparenti;

    (3)

    Il-kumpens ma jistax jeċċedi dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom li jkunu saru biex jintemmu l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, meta jitqiesu l-irċevuti rilevanti u l-profitt raġonevoli biex jintemmu dawn l-obbligazzjonijiet; kif ukoll

    (4)

    fejn l-intrapriża li tkun ser twettaq l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, f'każ speċifiku, ma tkunx intagħżlet skond il-proċedura ta’ l-akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla ta' dak li jitfa' l-offerta li jkun kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-inqas spejjeż għall-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ irid jiġi determinat abbażi ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż li jridu jsiru biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku ta' intrapriża li tkun immexxija sew u għandha l-mezzi ta' trasport adegwati biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku u li tagħmel qligħ raġonevoli biex jintemmu l-obbligazzjonijiet.

    (26)

    Meta tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti mis-sentenza ta' Altmark, il-kumpens għall-obbligazzjoni tas-servizz pubbliku imposti fuq operatur ta' l-ajruport ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

    (27)

    Il-finanzjament pubbliku ta' l-ajruporti minbarra dawk imsemmija aktar 'il fuq jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-istat skond it-tifsira ta l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk jaffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

    30A.3.2.3.   L-effetti fuq il-finanzjament mogħti lill-ajruporti għall-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE

    (28)

    Il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti tista' tiġi evalwata fid-dawl tal-kriterji ta' l-għażla tal-linji ta' l-ajru, u b'mod partikolari billi tqabbel fatturi bħalma huma t-tipi ta' servizzi ta' l-ajruporti pprovduti u l-klijenti kkonċernati, il-popolazzjoni jew l-attività ekonomika, il-konġestjoni, jekk hemmx aċċess għall-art kif ukoll il-livell ta' talbiet għall-ħlas għall-użu ta' l-infrastruttura u s-servizzi ta' l-ajruport. L-ammont tal-prezz mitlub hu fattur prinċipali, minħabba li l-fondi pubbliċi mogħtija lill-ajruport jistgħu jintużaw biex l-prezzijijiet ta' l-ajruporti jinżamu baxxi sabiex jiġbdu lejhom aktar traffiku u b'hekk jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni b'mod sinifikanti.

    (29)

    Madanakollu, abbażi ta' dawn il-linji gwida, l-Awtorità tikkunsidra li l-kategoriji identifikati f'punt 7 jistgħu jagħtu indikazzjoni tal-livell li bihom l-ajruporti qed jikkompetu ma' xulxin u għalhekk anke l-ammont tal-finanzjament pubbliku mogħti jista' jxekkel il-kompetizzjoni.

    Għalhekk, il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ajruporti nazzjonali jew taż-ŻEE (kategoriji A u B) normalment jiġi kkonsidrat li jxekkel jew jhedded li jxekkel il-kompetizzjoni u li jwettaq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ZEE. Għall-kuntrarju, il-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għandux ixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa il-kummerċ kuntrarjament għall-interess komuni.

    (30)

    Madanakollu, lilhinn minn dawn l-indikazzjonijiet ġenerali, mhux possibli li tistabbilixxi regoli li jkopru kull każ possibbli, b'mod partikolari għall-ajruporti f'kategoriji Ċ u D.

    Għal din ir-raġuni kull miżura li tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-ajruport trid tiġi notifikata sabiex l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE jista' jiġi eżaminat, u fejn meħtieġ, tiġi eżaminat l-kompatibilità mal-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE.

    (31)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens tas-servizz pubbliku tapplika meta l-ajruporti f'kategorija D jiġu fdati b'missjoni ta' interess ġenerali ekonomiku. Il-kumpens għas-servizz pubbliku li jikkostitwixxi għajnuna mill-istat madanakollu hu eżentat mill-ħtieġa ta' avviż minn qabel, sakemm il-kumpens ikun konformi ma' ċerti kundizzjonijiet imniżżla fid-Deċiżjoni (17). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għadha ma ġietx inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

    30A.3.2.4.   Il-prinċipju ta' l-investitur privat fl-ekonomija tas-suq

    (32)

    L-Artikolu 125 tal-Ftehim taż-ŻEE jgħid li l-Ftehim bl-ebda mod ma jippreġudika r-regoli tal-Partijiet Kontraenti dwar is-sistema tal-pussess tal-proprjetà. Il-Partijiet Kontraenti jista' jkollhom u jamministraw intrapriżi, u jistgħu jixtru ishma jew interessi oħra f'inrapriżi pubbliċi jew privati.

    (33)

    Dan il-prinċipju jfisser li l-azzjoni ta' l-Awtorità ma tistax tippenaliżża jew tagħti trattament aktar favorevoli lill-awtoritajiet pubbliċi li jikkontribwixxu għall-kapital ta' ċerti kumpaniji. Bl-istess mod, mhux f'idejn l-Awtorità li tgħaddi ġudizzju dwar l-għażliet bejn tipi differenti ta' finanzjament magħmula mill-intraprizi.

    (34)

    Konsegwentement, dawn il-linji gwida ma jagħmlux distinzjoni bejn it-tipi differenti ta' benefiċjarji fir-rigward ta' l-strutturi legali tagħhom jew jekk humiex tas-settur pubbliku jew privat, u r-riferenzi kollha għall-ajruporti jew il-kumpaniji li jamministrawhom jinkludu kull tip ta' entità legali.

    (35)

    Barra minn hekk, dawn il-prinċipji ta' ugwaljanza u mingħajr diskriminazzjoni ma jeżentawx lill-awtoritajiet pubbliċi milli japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni.

    (36)

    B'mod ġenerali. kemm jekk il-finanzjament pubbliku ikunx ta' benefiċċju għall-ajruporti jew jekk jingħatax direttament jew indirettament mill-awtoritajiet pubbliċi, l-Awtorità teżamina jekk tikkostwixxix għajnuna billi jitqies jekk ‘f'ċikostanzi simili azzjonist privat, wara li tkun ikkunsidrata previżjoni tal-ksib tal-profitt u wara li tkun tħalliet fil-ġenb kull politika reġjonali u soċjali, u l-konsiderazzjonijiet settorjali, tissottoskrivix għall-kapital ikkonċernat’ (18).

    (37)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ‘il-prinċipju ta' l-ugwaljanza, li għalih jirreferu l-gvernijiet b'konnessjoni mar-relazzjoni bejn l-intrapriżi pubbliċi u privati, b'mod ġenerali, jippresuppon li t-tnejn qegħdin f'sitwazzjoni komparabbli. […] intrapriżi privati jiddeterminaw l-strateġija industrijali u kummerċjali tagħhom billi b'mod partikolari jqisu il-ħtiġijiet tal-profittabilità. Mill-banda l-oħra deċiżjonijiet ta' intrapriżi privati, jistgħu jiġu affettwati minn fatturi ta' tipi differenti fi ħdan il-qafas ta' l-għanijiet ta' l-interess pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jeżerċitaw influenza fuq dawk id-deċiżjonijiet.’ (19). Għalhekk il-kunċett ta' qligħ previst għall-operatur li effettivament jipprovdi l-fondi bħala kompetitur fis-suq hi ta' importanza kbira.

    (38)

    Il-Qrati tal-Komunità ddeċidew ukoll li l-imġiba ta' investitur pubbliku għandha tkun imqabbla ma' dik ta' investitur privat li jsegwi politika strutturali – kemm jekk ġenerali kif ukoll settorjali – u għandha tkun iggwidata mill-prospetti ta' qligħ fuq medda itwal taż-żmien (20). Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma partikolarment rilevanti għall-investiment fl-infrastruttura.

    (39)

    Ir-riżorsi kollha ta' l-istat użati mill-Istati ta' l-EFTA jew l-awtoritajiet pubbliċi biex jagħtu vantaġġ lill-operaturi ta' l-ajruporti jew lil-linji ta' l-ajru għandhom għalhekk jiġu eżaminati fir-rigward ta' dawn il-prinċipji. F'każijiet fejn l-istati ta' l-EFTA jew awtoritajiet pubbliċi jaġixxu bħalma jaġixxu operaturi ekonomiċi privati, dawn il-vantaġġi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

    (40)

    Jekk, mill-banda l-oħra, ir-riżorsi pubbliċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' kumpanija b'kondizzjonijiet aktar favorevoli (jiġifieri f'termini ekonomiċi, bi prezz irħas) milli jista' joffri operatur ekonomiku privat lill-kumpanija li tkun f'sitwazzjoni finanzjarja komparabbli u li tkun qed tiffaċċja kompetizzjoni simili, dik il-kumpanija tkun qed tirċievi assistenza lt tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

    (41)

    Fejn tidħol l-għajnuna tal-bidu, hu possibbli li ajruport pubbliku jagħti vantaġġi finanzjarji lil xi linja ta' l-ajru mir-riżorsi tiegħu stess iġġenerati mill-attività kummerċjali tiegħu, li ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-istat jekk jagħti prova li qed jaġixxi bħala investitur privat, pereżempju billi jipprovdi pjan ta' ħidma li jipprevedi l-qligħ mill-attività ekonomika ta' l-ajruporti tiegħu. Għall-kuntrarju, jekk ajruport privat jagħti finanzjament li fil-fatt ma jkunx ħlief ridistribuzzjoni tar-riżorsi pubbliċi mogħtija lilu għal dan l-iskop minn korp pubbliku, dawn is-sussidji jridu jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat jekk id-deċiżjoni biex issir ridistribuzzjoni tar-riżorsi pubbliċi tittieħed mill-awtoritajiet pubbliċi.

    (42)

    L-applikazzjoni tal-prinċipji ta' investitur privat, u għalhekk li ma hemm l-ebda għajnuna, tippresupponi l-affidabilità tal-mudell ekonomiku sħiħ ta' l-operatur li jaġixxi bħala investitur. Ajruport li ma jiffinanzjax l-investiment tiegħu jew li ma jħallasx il-miżati korrispondenti, jew jekk l-ispejjeż operattivi tiegħu huma parzjalment koperti minn fondi pubbliċi, lilhinn mix-xogħol li jsir fl-interess ġenerali, ġeneralment ma jistax jiġi kkunsidrat bħala operatur privat f'ekonomija tas-suq, suġett li kull każ jiġi eżaminat; għalhekk hu ferm diffiċli li tapplika dan it-tip ta' raġunar għal operatur bħal dan.

    30A.4.   Il-finanzjament ta' l-ajruporti

    (43)

    L-attivitajiet ta' l-ajruporti jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:

    i.

    il-bini ta' l-infrastruttura u ta' l-apparat ta' l-ajruport (runways, terminals, aprons, torrijiet tal-kontroll) jew faċilitajiet li direttament imorru magħhom (faċilitajiet għat-tifi tan-nar, apparat ta' sigurtà);

    ii.

    l-operat ta' l-infrastruttura, li jinkludi l-manutenzjoni u l-ġestjoni ta' l-infrastruttura ta' l-ajruport;

    iii.

    il-forniment tas-servizzi anċillari għat-trasport bl-ajru, bħalma huma s-servizz fuq l-art u l-użu ta' l-infrastruttura relatata, is-servizz tat-tifi tan-nar, is-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi ta' sigurtà, eċċ; u

    iv.

    it-tħaddim ta' l-attivitajiet kummerċjali li mhumiex direttament marbuta ma' l-attivitajiet importanti ta' l-ajruport, li jinkludu l-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-użu u l-kiri ta' l-artijiet u l-bini, mhux biss għall-uffiċji u għall-ħażna iżda wkoll għal-lukandi u għall-intrapriżi industrijali li jinsabu fl-ajruport, kif ukoll għal ħwienet, ristoranti u l-postijiet għall-parkeġġ tal-karozzi. Peress li dawn mhumiex attivitajiet ta' trasport, il-finanzjament pubbliku tagħhom mhux kopert b'dawn il-linji gwida u se jkunu eżminati abbażi tar-regoli settorjali u ġenerali rilevanti.

    (44)

    Dawn il-linji gwida japplikaw għall-attivitajiet kollha ta' l-ajruport bl-eċċezzjoni tas-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru u xi attivitajiet oħra li għalihom hu responsabbli xi Stat ta' l-EFTA bħala parti mis-setghat uffiċjali bħala awtorità pubblika (21).

    30A.4.1.   Il-finanzjament ta' l-infrastruttura ta' l-ajruporti

    (45)

    Din is-sezzjoni tikkonċerna l-għajnuna għall-bini ta' l-infrastruttura ta' l-ajruporti u għall-apparat u l-faċilitajiet li jsostnuhom direttament kif inhuma definiti fil-paragrafi 43(i) u 44 msemmija aktar 'il fuq.

    (46)

    L-infrastruttura hija l-bażi tal-ħidma ekonomika magħmula mill-operatur ta' l-ajruport. Madanakollu, tirrappreżenta wkoll waħda mill-modi li fihom l-istat jista' jaffettwa l-iżvilupp ekonomiku reġjonali, il-politika dwar l-ippjanar għall-użu ta' l-art, il-politika dwar it-trasport, eċċ.

    (47)

    Kull operatur ta' l-ajruport li hu mdaħħal f'attività ekonomika kif imfissra fis-sentenza msemmija f'paragrafu 21 għandu jiffinanzja l-ispejjeż għall-użu jew il-bini ta' l-infrastruttura li jamministra mir-riżorsi tiegħu stess. Konsegwentament, il-provvista ta' l-infrastruttura ta' l-ajruport lill-operatur minn stat ta' l-EFTA (inklużi awtoritajiet reġjonali jew lokali) li mhux jaġixxu bħala investitur privat minghajr konsiderazzjoni finanzjarja adegwata jew l-għotja ta' sussidji pubbliċi lill-operatur ta' l-ajruport bil-ħsieb li jiffinanzjaw l-infrastruttura jistgħu jagħtu vantaġġ ekonomiku lil dak l-operatur ta' l-ajruport fuq il-kompetituri tiegħu u għalhekk iridu jiġu notifikati u eżaminati fid-dawl tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (48)

    Il-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità diġà kellhom l-okkażjoni li jagħmlu l-kondizzjonijiet li bihom l-operat bħalma hu l-bejgħ ta' l-art jew il-bini (22) jew il-privatiżżazzjoni ta' xi impriża (23) li fl-opinjoni tiegħu ma jinvolvix il-possibiltà ta' għajnuna mill-Istat. Ġeneralment dan ikun l-każ jekk dan l-operat isir bil-prezzijiet tas-suq, b'mod partikolari fejn il-prezz hu r-riżultat ta' proċedura ta' offerta li tkun suffiċjentement reklamata tajjeb, miftuħa, bla kondizzjoni u mhux diskriminatorja li tassigura li l-applikanti potenzjali huma ttrattati indaqs. Bla preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li ġejjin minn regoli u prinċipji applikabbli għall-ksib pubbliku u konċessjonijiet, meta dawn ikunu applikabbli, fil-prinċipju l-istess mod ta' raġonament japplika mutatis mutandis, għall-bejgħ jew il-provvista ta' l-infrastruttura mill-awtoritajiet pubbliċi.

    (49)

    Fi kwalunkwe każ, mhux possibbli li twarrab il-possibbiltà li każijiet partikolari jista' jkollhom element ta' għajnuna. Pereżempju, tista' tingħata l-għajnuna jekk l-infrastruttura kkonċernata kellha tingħata lil maniġer predeterminat li ħa vantaġġ mhux mistħoqq minnha, jew jekk id-differenza mhux ġustifikata bejn il-prezz tal-bejgħ u l-prezz riċenti tal-bini kellha tagħti vantaġġ mhux mistħoqq lix-xerrej.

    (50)

    B'mod partikolari, meta l-infrastruttura addizzjonali tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta' l-operatur ta' l-ajruport, l-operatur irid iħallas il-kera bil-valur tas-suq ipproporzjonat ma' l-ispejjeż ta' l-infrastruttura l-ġdida u t-tul ta' żmien għall-użu tagħha. Aktar minn hekk, jekk fil-kuntratt oriġinali ma jkunx maħsub l-iżvilupp ta' l-infrastruttura, l-infrastruttura addizzjonali trid tkun marbuta mill-qrib ma' l-infrastruttura eżistenti u s-suġġett tal-kuntratt inizjali jrid jibqa' l-istess.

    (51)

    Jekk ma jkunx possibbli li tiġi eliminata l-possibilità ta' għajnuna mill-Istat, il-miżura kkonċernata għandha tiġi notifikata. Jekk tiġi kkonfermata li l-miżura tinvolvi għajnuna, din għandha tiġi ddikjarata kompatibbli, b'mod partikolari skond l-Artikoli 61(3)(a), (b) jew (ċ) jew 59(2) tal-Ftehim taż-ZEE u, fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet li jimplimentawha. Għal dan il-għan, l-Awtorità b'mod partikolari għandha teżamina jekk:

    il-bini u l-operat ta' l-infrastruttura jkollhom għanijiet ċari definiti ta' interess ġenerali (żvilupp reġjonali, aċċessibbilità, eċċ);

    l-infrastruttura hi meħtieġa u proporzjonata ma' l-għan imfassal;

    l-infrastruttura għandha prospetti għall-użu ta' terminu ta' żmien medju, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-użu ta' l-infrastruttura eżistenti;

    dawk kollha li jistgħu jużaw l-infrastruttura għandhom aċċess għaliha b'mod indaqs u mhux diskriminatorju;

    l-iżvilupp tal-kummerċ mhux affettwat b'tali mod li jmur kontra l-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE.

    30A.4.2.   Għajnuna għall-operat fl-infrastruttura ta' l-ajruport

    (52)

    Bħala regola, l-Awtorità tqis li operatur ta' l-ajruport, bħal kull negozju ieħor, għandu jilqa' għall-ispejjez normali biex titħaddem u tiġi miżmuma l-infrastruttura ta' l-ajruport mir-riżorsi tagħha stess. Kull finanzjament pubbliku għal dawn is-servizzi jnaqqas l-ispejjeż li normalment ikollu l-operatur ta' l-ajruport waqt li jwettaq il-ħidma kurrenti tiegħu.

    (53)

    Finanzjament bħal dan ma jikkostitwixxix f'għajnuna mill-Istat jekk ikun kumpens għal servizzi pubbliċi li jkunu allokati għall-ġestjoni ta' l-ajruport skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mis-sentenza ta' Altmark (24). F'każijiet oħra, sussidji operattivi huma għajnuna operattiva. Kif issemma' f'Parti 30A.3.1 ta' dawn il-linji gwida, f'reġjuni żvantaġġati, għajnuna bħal din tista' titqies li hi kompatibbli mal-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE abbażi biss ta' l-Artikoli 61(3)(a) jew (ċ), taħt ċerti kondizzjonijiet, jew abbażi ta' l-Artikolu 59(2) jekk tosserva ċerti kondizzjonijiet li jassiguraw li huma neċessarji għall-operat ta' servizz ta' interess ġenerali ekonomiku u ma jaffettwax il-kummerċ li jmur kontra l-interessi tal-Partijiet Kontraenti.

    (54)

    Fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 59(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, kif stipulat f'punt 31 ta' dawn il-linji gwida, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86 tat-Trattat għall-ghajnuna Statali fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku tikkonsidra l-għajnuna mill-istat mogħtija lill-ajruporti ta' kategorija D li hija kompatibbli, suġġetti għal ċerti kondizzjonijiet (25).

    (55)

    Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tivverifika li l-ajruport verament kien fdat bl-operat ta' servizz b'interess ġenerali u li l-kumpens ma jeċċedix dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż fit-twettiq ta' l-obbligazzjonijiet tas-servizz pubbliku, meta jitqiesu l-irċevuti rilevanti bi qligħ raġonevoli.

    (56)

    L-għoti ta' missjonijiet għas-servizz pubbliku lill-ajruporti għandhom jiġu rikordjati f'dokument uffiċjali jew f'aktar minn wieħed, bil-format tiegħu jista' jiġi ddeterminat minn kull Stat ta' l-EFTA. Dawn id-dokumenti għandhom ikollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-ispejjeż speċifiċi tas-servizz pubbliku, u għandu b'mod partikolari jispeċifika:

    in-natura preċiża ta' l-obblgazzjoni għas-servizz pubbliku;

    l-operaturi u t-territorju kkonċernat;

    in-natura ta' xi drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija lill-ajruport;

    l-arranġamenti għall-kalkolu, il-monitoraġġ u l-konsiderazzjonijiet għall-kumpens;

    il-mezzi biex ma jitħalliex isir jew jiġi kkoreġut kumpens żejjed jew nieqes.

    (57)

    Meta jiġi kkalkulat l-ammont tal-kumpens, l-ispejjeż u t-taxxi li jridu jiġu kkonsidrati jridu jinkludu l-ispejjeż u t-taxxi kollha marbuta ma' l-operat tas-servizz ta' interess ġenerali ekonomiku. jekk l-operatur ta' l-ajruport ikkonċernat għandu xi drittijiet oħra speċjali jew esklussivi assoċjati ma' dan is-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, għandhom jitqiesu wkoll it-taxxi assoċjati. Konsegwentement, għandu jkun hemm sistema trasparenti taż-żamma tal-kotba u s-separazzjoni tal-kontijiet ta' l-attivitajiet differenti ta' l-operatur (26).

    30A.4.3.   Għajnuna għal servizz ta' l-ajruport

    (58)

    Is-servizzi fuq l-art huma attività kummerċjali miftuħa għall-kompetizzjoni għal aktar minn żewġ miljun passiġġier fis-sena skond id-Direttiva 96/67/KE (27). Operatur ta' l-ajruport li jaġixxi bħala fornitur għas-servizz fuq l-art jista' jitlob ħlas b'rati differenti għall-ħlas tas-servizz fuq l-art li jintbagħtu lil-linji ta' l-ajru jekk dawn ir-rati ta' l-ajru jirriflettu prezz differenti marbut man-natura jew l-iskala tas-servizz ipprovdut (28).

    (59)

    Sal-limitu ta' żewġ miljun passiġġier, l-operatur ta' l-ajruport li jaġixxi bħala fornitur tas-servizz jista' jibbilanċja d-diversi sorsi ta' dħul u tat-telf minn attivitajiet purament kummerċjali (bħalma huma l-attivitajiet tiegħu fuq l-art jew l-ġestjoni ta' xi post għall-parkeġġ), bl-esklużjoni tar-riżorsi pubbliċi mogħtija lilu bħala awtorità ta' l-ajruport jew operatur ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali. Madanakollu, fin-nuqqas ta' kompetizzjoni fil-forniment tas-servizz fuq l-art, irid jagħti każ b'mod partikolari biex ma jiksirx dispożizzjoniet nazzjonali jew dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari biex ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti fis-suq, u b'hekk jikser l-Artikolu 54 tal-Fterhim taż-ZEE (li jipprojbixxi l-intrapriż b'pożizzjoni dominanti fiż-żona koperta mill-Ftehim taż-ZEE jew f'parti sostanzjali tagħha milli japplikaw kondizzjonijiet mhux simili għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' linji ta' l-ajru differenti, b'hekk iqiegħduhom f'pożizzjoni ta' kompetizzjoni żvantaġġjata).

    (60)

    'Il fuq mil-limitu ta' żewġ miljun passsiġġier, is-servizzi fuq l-art iridu jkunu ffinanzjati minnhom infushom u ma jridux jiġu ssussidjati minn dħul ieħor kummerċjali ta' l-ajruport jew minn riżorsi pubbliċi mogħtija lilu bħala awtorità ta' l-ajruport jew operatur tas-servizz ta' interess ġenerali ekonomiku.

    30A.5.   Għajnuna tal-bidu

    30A.5.1.   Għanijiet

    (61)

    Ħafna drabi ajruporti żgħar ma jkollhomx il-volum ta' passiġġieri meħtieġ għalihom biex jilħqu l-massa kritika u l-punt ta' bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ.

    (62)

    Ma hemm l-ebda ċifri assoluti fir-rigward tal-punt ta' bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni vvalutah għall-1.5 miljun passiġġier fis-sena, filwaqt li l-istudju ta' Università ta' Cranfield li ssemma aktar qabel, li jagħti żewġ ċifri differenti (500 000 u miljun passiġġier fis-sena), juri li hemm varjazzjonijiet skond il-pajjiż u l-mod li bihom huma organiżżati l-ajruporti (29).

    (63)

    Filwaqt li ċert ajruporti reġjonali jistgħu jaħdmu sew meta jkun hemm għadd suffiċjenti ta' passiġġieri li jinġiebu minn linji ta' l-ajru li jkunu qed iġorru l-obbligazzjonijiet għas-servizz pubbliku, jew meta skemi għall-għajnuna soċjali jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi (30), il-linji ta' l-ajru jippreferu hubs li tista' tafdahom f'lokalitajiet tajba li joffru konnessjonijiet veloċi, li jkollhom bażi ta' passiġġieri stabbilita, u li jkollhom titjiriet li ma jkunux jixtiequ jitilfuhom. Kif ukoll, għal ħafna snin f'ħafna każijiet, elementi ta' politika dwar l-ajruporti u t-traffiku ta' l-ajru u l-investiment, ikkonċentrat it-traffiku fl-ibliet nazzjonali prinċipali.

    (64)

    B'riżultat ta' dan, il-linji ta' l-ajru mingħajr ma jingħataw inċentivi xierqa, mhux dejjem ikunu ppreparati li jieħdu r-riskju li jiftħu rotot minn ajruporti li ma jkunux magħrufa u ppruvati. Dan hu għaliex l-Awtorità tista' taċċetta li l-għajnuna pubblika imħallsa temporanjament taħt ċerti kondizzjonijiet lil-linji ta' l-ajru, jekk din toffrilhom l-inċentivi neċessarji biex joħolqu rotot ġodda jew skedi ġodda għall-ajruporti reġjonali u li jattiraw numru ta' passiġġieri li jgħinuhom biex ikollhom bilanċ finanzjarju f'perjodu limitat. L-Awtorità tassigura li għajnuna bħal din ma tagħtix xi vantaġġ lill-ajruporti l-kbar li huma diġà miftuħa għat-traffiku internazzjonali u għall-kompetizzjoni.

    (65)

    Madanakollu, fid-dawl ta' l-għan ġenerali ta' intermodalità u li tagħmel l-aħjar użu mill-infrastruttura li kienet deskritta aktar 'il fuq, ma tkunx aċċettabbli li tagħti l-għajnuna tal-bidu għal xi rotta ta' l-ajru ġdida li tikkorrispondi ma' konnessjoniji ta' ferrovija b' veloċità qawwija.

    (66)

    Kif ukoll, il-Kummissjoni Ewropea fasslet linji gwidi għall-iżvilupp armonjuż tar-reġjuni l-aktar imbiegħda (31). L-istrateġija ta' l-żvilupp tagħhom hi bbażata fuq tliet prinċipji ewlenin: li tgħin biex ir-reġjuni jsiru aktar aċċessibbli, li żżid il-kompetittività u li ssostni l-integrazzjoni reġjonali tagħhom sabiex tnaqqas l-impatt minħabba d-distanza mbiegħda tagħhom mill-ekonomija Ewropea.

    (67)

    Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni Ewropea taċċetta li l-għajnuna tal-bidu għar-rotot mir-reġjuni l-aktar imbiegħda hi suġġett għall-kriterji ta' kompatibilità aktar flessibbli, b'mod partikolari f'termini ta' intensità u tul ta' żmien, u mhux ser tqajjem l-ebda oġġezzjoni għal għajnuna bħal din għal servizzi lil pajjiżi ġirien li mhumiex membri.

    L-Awtorità tikkonsidra li dispożizzjonijiet simili f'termini ta' intensità u tul ta' żmien ikunu aċċettati għar-reġjuni imsemmija fl-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE u għal reġjuni b'popolazzjoni żgħira.

    30A.5.2.   Kriterji ta' kompatibilità

    (68)

    Inċentivi għall-finanzjament tal-bidu, ħlief f'każijiet fejn l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu bħala investitur privat li jaħdem f'ekonomija tas-suq (ara sezzjoni 30A.3.2.4), jaġevolaw intrapriżi benefiċjarji u għalhekk jistgħu joħolqu tfixkil bejn kumpaniji minħabba li jnaqqsu l-ispejjeż operattivi tal-benefiċjarju.

    (69)

    Jistgħu wkoll indirettament jaffettwaw il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti billi jgħinu lill-ajruporti jiżviluppaw jew billi jinkoraġġixxu kumpanija biex ”tiċċaqlaq” minn ajruport għall-ieħor jew tittrasferixxi rotta minn ajruport ta' l-EFTA għal wieħed reġjonali. Minħabba dawn ir-raġunijiet ħafna drabi dawn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u għandhom jiġu notifikati lill-Awtorità.

    (70)

    Minħabba l-għanijiet t'hawn fuq u minħabba d-diffikultajiet sinifikattivi li jistgħu jirriżultaw mit-tnedija ta' xi rotta ġdida, l-Awtorità tista' tapprova għajnuna bħal din jekk tissodisfa dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Il-Benefiċjarji: L-għajnuna titħallas lit-trasportaturi ta' l-ajru b'liċenzja valida ta' l-operat maħruġa mill-Parti Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 240/92 dwar il-liċenzja għat-trasportaturi bl-ajru (32).

    (b)

    Ajruporti reġjonali: l-għajnuna titħallas għar-rotot li jgħaqqdu ajruport reġjonali f'kategorija Ċ jew D ma' ajruport ieħor fiż-żona koperta mill-Ftehim taż-ŻEE. Għajnuna għar-rotot bejn linji nazzjonali (kategorija B) jistgħu jitqiesu biss f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari fejn wieħed mill-ajruporti jinsab f'xi reġjun żvantaġġjat.

    (c)

    Rotot ġodda: l-għajnuna tapplika biss għal ftuħ ta' rotot ġodda jew ta' skedi ġodda, kif iddefinita aktar 'l isfel, li għandu jwassal għal żieda fil-volum nett tal-passiġġieri (33).

    Din l-għajnuna ma tridx tinkoraġġixxi t-traffiku sempliċiment biex tiġi ttrasferita minn linja ta' l-ajru jew minn kumpanija għal oħra. B'mod partikolari, ma tridx twassal għal rilokazzjoni tat-traffiku li mhux ġustifikat fir-rigward tal-frekwenza u l-vijabilità tas-servizzi eżistenti li jitilqu minn ajruport ieħor fl-istess belt, fl-istess konurbazzjoni (34) jew bl-istess sistema ta' l-ajruport (35), li jopera bl-istess kriterju għall-istess destinazzjoni jew waħda simili. Kif ukoll, l-għajnuna tal-bidu ma tridx titħallas meta r-rotta ta' l-ajru l-ġdida qed tiġi mħaddma diġà bl-istess kriterju permezz ta' servizz tal-ferrovija b'veloċità qawwija.

    L-Awtorità ma taċċettax każijiet ta' abbuż fejn kumpanija tipprova tevita n-natura temporanja ta' l-għajnuna tal-bidu billi tbiddel linja ta' għajnuna riċevuta ma' linja oħra suppost ġdida li toffri servizz simili. B'mod partikolari, l-għajnuna ma għandiex tkompli tingħata lil xi linja ta' l-ajru li, wara li tkun użat l-għajnuna għal xi rotta partikolari, tapplika għall-għajnuna għal rotta li tkun qed tikkompeti magħha li tkun titlaq minn ajruport ieħor fl-istess belt jew konurbazzjoni jew ta' bl-istess sistema ta' l-ajruport u li topera fl-istess destinazzjoni jew waħda simili. Madanakollu, waqt il-perjodu ta' l-għajnuna, is-sempliċi bidla minn rotta għall-oħra bit-tluq mill-istess ajruport u li tistenna li għall-inqas tgħabbi l-stess għadd ta' passiġġieri, ma jfissirx li tkompli tħallas għall-għajnuna għall-perjodu kollu, sakemm il-bidla ma taffettwax il-kriterji l-oħra li permezz tagħhom ingħatat l-għajnuna fil-bidu.

    (d)

    Il-vijabilità għat-tul taż-żmien u d-digressività: Ir-rotta li tirċievi l-għajnuna trid fl-aħħar mill-aħħar tagħmel il-qligħ, jiġifieri trid għall-anqas tkopri l-ispejjeż, mingħajr finanzjament pubbliku. Għal din ir-raġuni l-għajnuna tal-bidu għandha tkun digressiva u għal tul ta' żmien limitat.

    (e)

    Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali tal-bidu: L-ammont ta' għajnuna għandha tkun strettament marbuta ma' l-ispejjeż tal-bidu li jsiru biex tiġi mnedija rotta jew frekwenza ġdida u li l-operatur ta' l-ajruport ma jkollux il-piż ladarba din tibda taħdem. Eżempji ta' spejjeż bħal dawn huma l-ispejjeż għall-marketing u r-reklamar biex jiġu reklamati l-konnessjonijiet il-ġodda; dawn jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-installazzjoni li kellha tagħmel il-linja ta' l-ajru f'dak l-ajruport reġjonali sabiex titnieda r-rotta, sakemm l-ajruport jaqa' taħt kategorija Ċ jew D u l-għajnuna għall-istess spejjeż ma tkunx għadha ġiet riċecuta. Għall-kuntrarju, l-għajnuna ma tkunx tista' tingħata fir-rigward ta' l-ispejjeż operattivi normali bħalma huma l-kiri u d-deprezzament ta' l-ajruplani, tal-fuwil, tas-salarji ta' l-ekwipaġġ, tat-tariffi ta' l-ajruport u ta' l-ispejjeż tal-catering. Il-bqija ta' l-ispejjeż eliġibbli jridu jikkorrispondu ma' l-ispejjeż reali miksuba f'kondizzjonijiet normali tas-suq.

    (f)

    L-intensità u t-tul taż-żmien: l-għajnuna digressiva tista' tingħata għall-perjodu massimu ta' tliet snin. l-ammont ta' għajnuna f'sena waħda ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż totali eleġibbli għal dik is-sena u l-għajnuna totali ma tistax taqbeż il-medja ta' 30 % ta' l-ispejjeż eliġibbli.

    Għal rotot minn reġjuni żvantaġġjati, jiġifieri, ir-reġjuni imsemmija fl-Artikolu 61(3)(a), u għal reġjuni b'popolazzjoni baxxa, l-għajnuna digressiva tista' tingħata għall-perjodu massimu ta' ħames snin. l-ammont ta' għajnuna f'sena waħda ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż totali eleġibbli u l-għajnuna totali ma tistax taqbeż il-medja ta' 40 % ta' l-ispejjeż eleġibbli. Jekk l-għajnuna tingħata għal ħames snin, tista' tinżamm b'50 % ta' l-ispejjeż totali eliġibbli għall-ewwel tliet snin.

    Fi kwalunkwe każ, il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna tal-bidu lil-linja ta' l-ajru trid tkun sostanzjalment inqas mill-perjodu li fih il-linja ta' l-ajru taċċetta li topera mill-ajruport ikkonċernat, kif inhu indikat mill-pjan ta' ħidma mitlub f'paragrafu 70(i). Kif ukoll, l-għajnuna għandha titwaqqaf hekk kif jintlaħqu l-għanijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-passiġġieri jew meta l-linja ta' l-ajru tkun la qed taqla' u lanqas titlef, anke jekk dan jintlaħaq qabel it-tmiem tal-perjodu previst.

    (g)

    Rabta ma' l-iżvilupp tar-rotta: il-ħlas għall-għajnuna għandu jkun marbut ma' l-iżvilupp nett ta' l-għadd tal-passiġġieri li jinġarru. Pereżempju, l-ammont għal kull passiġġier, għandu jonqos maż-żieda netta fit-traffiku biex l-għajnuna tibqa' tkun inċentiv u biex jiġi evitat l-aġġustament ta' l-ogħla limiti ffissati.

    (h)

    Allokazzjoni mhux diskriminatorja: Kull korp pubbliku li jippjana li jagħti għajnuna tal-bidu lil xi linja ta' l-ajru għal xi rotta ġdida sew permezz ta' xi ajruport jew le, irid jagħmel il-pjanijiet tiegħu pubbliċi fi żmien xieraq u bir-reklamar adegwat sabiex il-linji ta' l-ajru kollha interessati jkunu jistgħu joffru s-servizz tagħhom. B'mod partikolari n-notifika trid tinkludi d-deskrizzjoni tar-rotta kif ukoll il-kriterji ta' l-għanijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ammont u t-tul taż-żmien ta' l-għajnuna. Ir-regoli u l-prinċipji marbuta mal-ksib u l-konċessjonijiet pubbliċi fejn ikunu applikabbli jridu jiġu rrispettati.

    (i)

    L-impatt fuq rotot oħra u l-pjan ta' ħidma: meta tissottometti l-applikazzjoni tagħha, linja ta' l-ajru li tipproponi servizz lil xi korp pubbliku billi toffri li tagħti għajnuna tal-bidu trid tipprovdi pjan ta' ħidma li, f'perjodu sostanzjali juri l-vijabilità tar-rotta wara li tiskadi l-għajnuna. Il-korp pubbliku għandu wkoll jagħmel analiżi qabel ma tingħata l-għajnuna dwar l-impatt tar-rotot il-ġodda fuq ir-rotot li qed jikkompetu miegħu.

    (j)

    Pubbliċità: L-Istati ta' l-EFTA għandhom jassiguraw li l-lista tar-rotot li qed jirċievu l-għajnuna tkun ippubblikat kull sena għal kull ajruport, f'kull każ billi tindika is-sors tal-finanzjament pubbliku, il-kumpanija li tkun qed tirċevih, l-ammont ta' l-għajnuna li tħallset u l-għadd ta' passiġġieri kkonċernat.

    (k)

    Appelli: flimkien mal-proċeduri ta' l-appelli stabbiliti fid-Direttivi għall-‘Ksib Pubbliku’ 89/665/KEE u 92/13/KEE (36), fejn ikun applikabbli, il-proċeduri ta' l-appell iridu jkunu stabbiliti fil-livell ta' l-Istati ta' l-EFTA sabiex jassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fl-għoti ta' l-għajnuna.

    (l)

    Penali: mekkaniżmi għall-penali jridu jiġu implimentati f'każ li trasportatur jonqos milli jwettaq ix-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi ajruport meta tkun tħallset l-għajnuna. Sistema għall-irkupru ta' l-għajnuna jew biex tikkonfiska xi garanzija ddepożitata fil-bidu mit-trasportatur għandha tippermetti lill-ajruport li jassigura li l-linja ta' l-ajru tonora l-impenji tagħha.

    (71)

    Akkumulazzjoni: l-għajnuna tal-bidu ma tistax tiġi magħquda ma' tipi oħra ta' għajnuna mogħtija għall-operat ta' xi rotta, bħalma hi għajnuna ta' natura soċjali mogħtija lil ċerti kategoriji ta' passiġġieri u l-kumpens biex ittemm servizzi pubbliċi. Kif ukoll, għajnuna bħal din ma tistax tingħata meta aċċess għal xi rotta jkun riservat għal trasportatur wieħed skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2408/92 (37), u b'mod partikolari paragrafu 1(d) ta' dak l-Artikolu. Kif ukoll, skond ir-regoli tal-proporzjonalità, għajnuna bħal din ma tistax tiġi magħquda ma' għajnuniet oħra biex ikopru l-istess spejjeż, inkluża l-għajnuna mħallsa f'xi stat ieħor.

    (72)

    L-għajnuna tal-bidu għandha tiġi notifikata lill-Awtorità. L-Awtorità titlob lill-Istati ta' l-EFTA biex jinnotifikaw l-iskemi għall-għajnuna tal-bidu aktar milli minn każijiet individwali minħabba li din tirriżulta f'koerenza akbar fiż-żoni koperti mill-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità tista' tagħmel valutazzjoni ta' l-għajnuna għal kull każ jew skema li tonqos milli tkun konformi totalment ma' dawn il-kriterji, iżda li r-riżultat aħħari jkun jista' jitqabbel.

    30A.6.   Il-benefiċjarji ta' l-għajnuna illegali preċedenti

    (73)

    Meta għajnuna illegali, li dwarha l-Awtorità tkun adottat deċiżjoni negattiva li tkun tinvolvi ordni ta' rkupru, tkun ingħatat lill-kumpanija u l-għajnuna ma tkunx għadha ġiet irkuprata skond l-Artikolu 14 f'Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-evalwazzjoni ta' l-għajnuna għall-infrastruttura ta' l-ajruport għandha tqis kemm l-effett kumulattiv għall-għajnuna l-ġdida u dik preċedenti u kemm il-fatt li l-għajnuna preċedenti tkun għadha ma reġgħetx tħallset lura (38).

    30A.7.   Miżuri xierqa skond it-tifsira ta' l-artikolu I (1) f'parti 1 ta' protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti

    (74)

    Skond l-Artikolu 1(1) f'Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità tipproponi li l-Istati ta' l-EFTA jemendaw l-iskemi eżistenti marbuta ma' l-għajnuna mill-Istat koperta minn dawn il-linji gwida sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2007. L-Istati ta' L-EFTA huma mitluba li jikkonfermaw bil-miktub li huma jaċċettaw dawn il-proposti sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2006.

    (75)

    Jekk xi Stat ta' l-EFTA jonqos milli jaċċetta bil-miktub qabel dik id-data, l-Awtorità għandha tapplika l-Artikolu 19(2) f'Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti u jekk ikun meħtieġ, tibda l-proċeduri li huma maħsuba f'dak l-Artikolu.

    30A.8.   Data ta' l-applikazzjoni

    (76)

    Dawn il-linji gwida għandhom japplikaw hekk kif jiġu adottati mill-Awtorità. Notifiki reġistrati mill-Awtorità qabel dik id-data jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli li jkunu fis-seħħ fi żmien tan-notifika.

    L-Awtorità għandha tevalwa l-kompatibiltà ta' l-għajnuna kollha biex tiffinanzja l-infrastruttura ta' l-ajruport, jew l-għajnuna tal-bidu mogħtija mingħajr il-permess tagħha u li għalhekk tonqos milli tosserva l-Artikolu 1(3) f'Parti I ta' Protokoll 3 tal-Ftehin dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, abbażi ta' dawn il-linji gwida jekk il-ħlas għall-għajnuna tal-bidu jkun sar wara li ġew adottati l-linji gwida. F'każijiet oħra, l-Awtorità għandha tagħmel valutazzjoni bbażata fuq ir-regoli applikabbli meta l-għajnuna bdiet titħallas.

    (77)

    L-Awtorità tinforma lill-Istati ta' l-EFTA u lill-partijiet interessati li hi bi ħsiebha tagħmel valutazzjoni dettaljata dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-linji gwida erba' snin wara d-data ta' l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-riżultat ta' dak l-istudju jista' jwassal lill-Awtorità biex tirrevedi dawn il-linji gwida.


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 240/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar lit-trasportaturi ta' l-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992), inkorporat f'punt 66b ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ZEE b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għal rotot ta' l-ajru intra Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992), inkorporat f'punt 64a ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2409/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar it-tariffi u r-rati għas-servizzi ta' l-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992), inkorporat f'punt 65 ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ZEE b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta' spazju u ħin fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993), inkorporat f'punt 6b ta' Anness XII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 154/2004 (ĠU L 102, 21.4.2005, p. 33 u s-Suppliment taż-ZEE Nru 20, 21.4.2005).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 96/67 ta' l-15 ta' Ottubru 1996 dwar regoli komuni għall-allokazzjoni ta' spazju u ħin fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996), inkorporat f'punt 64c ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 79/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 315, 14.12.2000, p. 20 u s-Suppliment taż-ZEE Nru 59, 14.12.2000).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ta' l-24 ta' Lulju 1989 dwar kodiċi ta' kondotta għas-sistemi ta' riservazzjoni komputeriżżata (ĠU L 220, 29.7.1989), inkorporat f'punt 63 ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 148/99 tal-5 ta' Novembru 1999 (ĠU L 15, 18.1.2001, p. 45 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 3, 18.1.2001).

    (5)  It-test sħiħ tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-qorti, inklużi l-emendi kollha tiegħu jistgħu jinstabu fuq il-websajt tas-segretarjat ta' l-EFTA: http://secretariat.efta.int/Web/legaldocuments/

    (6)  ‘Studju dwar il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat’ – L-Università ta' Cranfield, Ġunju 2002.

    (7)  Kapitolu 30 tal-Linji gwida għall-Għajnuna mill-Istat ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA dwar għajnuna lis-settur ta' l-avjazzjoni (ĠU L 124, 23.05.1996 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru. 23, 23.5 1996) jirriferi għal-linji gwida tal-Komunità dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-għajnuna mill-Istat lis-settur ta' l-avjazzjoni u jistipula li l-Awtorità għandha tapplika kriterji li jikkorrispondu ma' dawk li jinsabu fil-linji gwida tal-Kummissjoni.

    (8)  White Paper ‘Politika Ewropea għat-Trasport għall-2010: "Il-waqt li niddeċiedu’, COM (2001) 370 finali.

    (9)  Il-Linji gwida għall-għajnuna mill-Istat ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali (ĠU L 111, 29.04.1999 Suppliment taż-ŻEE Nru 18, 29.04.1999). Fil-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali, l-għajnuna għall-operat hi definita bħala ‘intiża biex tnaqqas l-infiq kurrenti ta' xi kumpanija’ (punt 25.4.26), filwaqt li l-għajnuna għall-investiment inizjali hi marbuta ma' ‘investiment f'kapital fiss relatat mal-ħolqien ta' stabbiliment ġdid, l-estenzjoni ta' xi stabbiliment eżistenti, jew il-bidu ta' attività li tinvolvi bidla fundamentali fil-prodott jew proċedura pprovduta minn stabbiliment eżistenti’ (punt 25.4.6).

    (10)  Ara Punt 25.4.26 li ġejjin tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali.

    (11)  Skond każ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja, kull attività li toffri affarijiet jew servizzi f’xi suq partikolari hi attività ekonomika. Ara Każ Ċ-35/96 Il-Kummissjoni v l-Italja [1998] ECR I-3851 u każijiet Ċ-180/98 sa 184/98 Pavlov [2000] ECR I-6451.

    (12)  Każijiet C-159/91 u C-160/91, Poucet v AGF u Pistre v Cancava [1993] ECR I-637.

    (13)  Il-Każ T-128/98, Aéroports de Paris v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [2000] ECR II-3929, ikkomfermat minn Każ C-82/01 [2002] ECR I-9297, punti 75-79.

    (14)  Każ C-364/92 SAT Fluggesellschaft v Eurocontrol [1994] ECR I-43.

    (15)  Każ C-343/95 Calì & Figli v Servizi ecologici porto di Genova [1997] ECR I-1547. Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 tad-19 ta' Marzu 2003, sigurtà ta' l-avjazzjoni - kumpens għall-ispejjeż li saru wara l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001. Deċiżjoni tal-Kummissjoni N438/2002 tas-16 ta' Jannar 2002, għajnuna għall-funzjonijiet ta' l-awtorità pubblika fis-settur tal-portijiet.

    (16)  Każ C-280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark [2003] ECR I-7747.

    (17)  Ara Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/842/KE dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi li jkunu fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67). Id-Deċiżjoni għadha ma ġietx inkorporata fil-Ftehim tal-KEE. Għalhekk, sakemm id-Deċiżjoni tiġi nkorporata fil-qafas legali taż-ŻEE, dan it-tip ta' kumpens għas-servizz pubbliku hu suġġett għall-ħtieġa ta' notifikazzjoni ġenerali kif stipulat f'Parti I u l-Artikolu 2 f'Parti II ta' Protocol 3 tal-Ftehim tas-s Sorveljanza u l-Qorti.

    (18)  Każ 40/85 Ir-Renju tal-Belgium v il-Kummissjon [1986] ECR I-2321.

    (19)  Każijiet Konġunti 188/80 sa 190/80 ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja I l-Irlanda ta' Fuq v Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [1982] ECR 2571, punt 21.

    (20)  Każ C-305/89 l-Italja v il-Kummissjoni (‘Alfa Romeo’) [1991] ECR I-1603, punt 20. Każ T-228/99 Westdeutsche Landesbank Girozentrale v il-Kummissjoni [2003] ECR II-435, punt(i) 250-270.

    (21)  Ara Deċiżjoni tal-Kummissjoni N309/2002 — Franza: Sigurtà ta' l-ajru - kumpens għall-ispejjeż wara l-attakki tal-11.9.2001 (ĠU C 148, 25.6.2003).

    (22)  Il-linji gwida ta' l-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA dwar l-elementi ta' għajnuna mill-Istat fil-bejgħ ta' artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi (ĠU L 137, 08.06.2000 u Suppliment tal-KEE Nru 26, 8.6.2000). Dawn il-linji gwida jikkorrispondu mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar elementi ta’ għajnuna mill-Istat dwar bejgħ ta’ artijiet u bini minn awtoritajiet pubbliċi.

    (23)  Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika għall-kompetizzjoni 1993, paragrafi 402 u 403.

    (24)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 16.

    (25)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għadha ma ġietx inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE. Jekk tiġi inkorporata, kull kumpens għas-servizz pubbliku jikkostitwixxi f'għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti kbar (kategorija A, B jew Ċ) jew jekk jonqsu li jilħqu l-kriterji u l-kondizzjonijiet ta' dak l-att għandhom xorta jiġu notifikati u eżaminati każ b'każ.

    (26)  Għalkemm mhux applikabbli għas-settur tat-trasport, Kapitolu 18C tal-linjigwida għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku jista' jagħti indikazzjoni ta' kif paragrafi 55 sa 57 japplikaw [għadhom ma ġewx ippubblikati]. Dawn il-linji gwida jikkorrispondu mal-qafas tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku. (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

    (27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 96/67 tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess is-suq fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996), inkorporat f'punt 64c ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 79/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 315, 14.12.2000, p. 20 u s-Suppliment taż-ZEE Nru 59, 14.12.2000).

    (28)  Paragrafu 85 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex jinbeda l-proċess li jikkonċerna l-każ tar-Ryanair f'Charleroi jaqra, ‘Fir-rigward tat-tariffi għas-servizz fuq l-art, il-Kummissjoni temmen li ekonomiji ta' kobor jistgħu jiġu applikati meta dak li juża' l-ajruport jagħmel użu sinifikattiv mis-servizz ta' assistenza ta' xi kumpanija. Mhux ħaġa ta' l-iskantament li t-tariffi applikati għal xi kumpaniji ikunu orħos mit-tariffa ġenerali, sakemm is-servizz mitlub minn dawn il-kumpaniji ikun inqas minn dak għall-klijenti oħra’.

    (29)  Rapport ‘Studju dwar il-kompetizzjoni bejn l-ajruporti u l-applikazzjoni tar-Regoli għall-Għajnuna mill-Istat’, Università ta' Cranfield, Settembru 2002, punti 5.33 u 6.11.

    (30)  Ibid. Punti 5-27: ‘Sa ċertu punt, sussiddjar tas-servizzi ta' l-ajru fi ħdan il-qasam tal-PSO jista' jiġi interpretat bħala sussidju indirett lill-ajruport’.

    (31)  Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2004 [COM (2004) 343 finali] u tas-6 ta' Awwissu 2004 [SEC(2004) 1030] dwar partenarjat aktar b'saħħtu għar-reġjuni l-aktar imbiegħda.

    (32)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzja għat-trasportaturi bl-ajru (ĠU L 240, 24.8.1992), kif inkorporat f'punt 66b ta' Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE b'Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994).

    (33)  Din tikkonċerna b'mod partikolari rotta staġonali li ssir permanenti jew li ma tkunx spissa ta' kuljum li ssir għall-inqas ta' kuljum.

    (34)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 dwar l-aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għar-rotot ta' l-ajru intra Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8), inkorporat fil-punt 64a of Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994).).

    (35)  Kif iddefinit skond l-Artikolu 2(m) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 dwar l-aċċess għat-trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità għar-rotot ta' l-ajru intra Komunitarji (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8), inkorporat fil-punt 64a ta’ l-Anness XIII tal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u tas-Suppliment taż-ŻEE Nru 17, 28.6.1994).

    (36)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/EEC tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta ma' l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-konsiderazzjonijiet biex tingħata provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, pp. 33-35), kif inkorporat f'punt 5 ta' Anness xvi tal-Ftehim taż-ZEE, Id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta' Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjoniiet amministattivi marbuta ma' l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar il-proċeduri tal-ksib ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma l-enerġija u t-trasport (ĠU L 76, 23.3.1992, pp. 14-20) kif inkorporat f'punt 5 ta' Anness xvi tal-Ftehim taż-ZEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 (ĠU L 160, 28.6.1994, p. 1 u tas-Suppliment taż-ZEE Nru 17, 28.6.1994).

    (37)  Ara n-nota tal-qiegħ 1.

    (38)  Ara l-Każ C-355/95 P Textilwerke Deggendorf v il-Kummissjoni [1997] ECR I-2549.”


    Top