Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0653

Kawża T-653/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Silex vs Il-Kummissjoni

ĠU C 463, 5.12.2022, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 463/60


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Silex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-653/22)

(2022/C 463/89)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Silex Ipari Automatizálási Zrt. (Budapest l-Ungerija) (rappreżentant: Á. Baratta, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 5863 final tad-9 ta’ Awwissu 2022 dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 27 726,44 (sebgħa u għoxrin elf seba’ mija u sitta u għoxrin ewro u erbgħa u erbgħin ċenteżmu), flimkien mal-interessi moratorji relatati, dovuti minn Silex Ipari Automatizálási Zrt.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inkluż fil-każ li t-talbiet tar-rikorrenti jiġu miċħuda, minħabba nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

Motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u naqset milli tosserva r-rekwiżit ta’ ġestjoni finanzjarja tajba meta bbażat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2022) 5863 final tad-9 ta’ Awwissu 2022 li permezz tagħha r-rikorrenti hija ordnata tħallas l-ammont ta’ EUR 27 726,44 flimkien mal-interessi relatati,

fuq l-ewwel rapport annwali rivedut tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (iktar ’il quddiem “EASME”), tal-25 ta’ April 2018, adottat wara l-ispezzjoni fuq il-post ta’ Marzu 2018;

fuq id-dokument tal-EASME tal-15 ta’ Ġunju 2018, li fih din tal-aħħar esponiet għall-ewwel darba l-intenzjoni tagħha li ttemm il-ftehim ta’ sussidju bin-numru ta’ referenza 739280 ELECTRIC_AXLE, konkluż bejn ir-rikorrenti u l-EASME, u fuq il-motivazzjoni tal-imsemmi dokument;

fuq id-dokument tal-EASME tat-8 ta’ Ottubru 2018 li permezz tiegħu ġie effettivament mitmum il-ftehim ta’ sussidju, u fuq il-motivazzjoni tal-imsemmi dokument, u

fuq ir-rapport finali tal-EASME tal-31 ta’ Lulju 2019.

2.

Motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

billi ma eżaminatx fuq il-mertu l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra l-modus operandi tal-EASME matul l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju, u

billi allegat fl-att ikkontestat li r-rikorrenti ma kinitx irrispondiet għat-talbiet u għat-tfakkiriet ta’ ħlas.


Top