This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0026
Case C-26/22: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Wiesbaden (Germany) lodged on 11 January 2022 — UF v Land Hesse
Kawża C-26/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2022 – UF vs Land Hessen
Kawża C-26/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2022 – UF vs Land Hessen
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 148, 4.4.2022, p. 12–13
(GA)
4.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2022 – UF vs Land Hessen
(Kawża C-26/22)
(2022/C 148/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Wiesbaden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: UF
Konvenut: Land Hessen
Intervenjent: SCHUFA Holding AG
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 77(1), moqri flimkien mal-Artikolu 78(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jinftiehem fis-sens li l-konklużjoni tal-awtorità superviżorja li hija kkomunikata minn din l-awtorità lill-persuna kkonċernata
|
2. |
Il-ħażna ta’ data minn kumpannija privata li tipprovdi informazzjoni kummerċjali, ħażna li fil-kuntest tagħha data personali li toriġina minn reġistru pubbliku bħalma huma d-“databases nazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 79(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (2) tinħażen mhux fl-okkażjoni ta’ każ konkret iżda sabiex tkun tista’ tingħata informazzjoni fil-każ li tintalab, hija kompatibbli mal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea? |
3. |
|
4. |
Sa fejn il-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2016/679 jista’ jitqies bħala l-unika bażi legali għall-ħażna ta’ data mill-kumpanniji privati li jipprovdu informazzjoni kummerċjali, u dan anki fir-rigward tad-data maħżuna fir-reġistri pubbliċi, għandu jitqies li tali kumpannija għandha diġà interess leġittimu f’sitwazzjoni fejn ma tiħux id-data li toriġina mir-reġistru pubbliku f’okkażjoni konkreta iżda tieħu din id-data sabiex tkun sussegwentement disponibbli fil-każ li ssir talba għal informazzjoni? |
5. |
Il-kodiċi ta’ kondotta approvati mill-awtoritajiet superviżorji konformement mal-Artikolu 40 tar-Regolament 2016/679 u li jipprevedu perijodi ta’ superviżjoni u ta’ tħassir li jmorru lil hinn mill-perijodi ta’ ħażna previsti għar-reġistri pubbliċi jistgħu jissospendu l-ibbilanċjar previst fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament? |
(1) ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.
(2) ĠU 2015, L 141, p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.