Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0098

    Kawża C-98/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Eurelec Trading SCRL, Scabel SA vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 1(1) – Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” – Azzjoni ta’ awtorità pubblika intiża sabiex jiġu kkonstatati, issanzjonati u mitmuma prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Eurelec Trading SCRL, Scabel SA vs Ministre de l’Économie et des Finances

    (Kawża C-98/22) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali” - Azzjoni ta’ awtorità pubblika intiża sabiex jiġu kkonstatati, issanzjonati u mitmuma prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni)

    (2023/C 63/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Paris

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Eurelec Trading SCRL, Scabel SA

    Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

    Fil-preżenza ta’: Groupement d’achat des centres Édouard Leclerc (GALEC), Association des centres distributeurs Édouard Leclerc (ACDLEC),

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma jinkludix l-azzjoni ta’ awtorità pubblika ta’ Stat Membru kontra kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor għall-finijiet li jiġu rrikonoxxuti, ippenalizzati u mwaqqfa prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fir-rigward ta’ fornituri stabbiliti fl-ewwel Stat Membru, meta din l-awtorità pubblika teżerċita setgħat ta’ investigazzjoni jew setgħat ġudizzjarji eżorbitanti meta mqabbla mar-regoli tad-dritt komuni applikabbli fir-relazzjonijiet bejn individwi.


    (1)  ĠU C 198, 16.05.2022.


    Top