Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CA0020

    Kawża C-20/22: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État l – Franza) – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 89/105/KEE – Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard – Artikolu 4 – Twaqqif tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali – Miżura nazzjonali li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali meħuda individwalment – Iffissar ta’ prezz massimu ta’ bejgħ ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-istabbilimenti tas-saħħa)

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État l – Franza) – Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM) vs Ministre des Solidarités et de la Santé

    (Kawża C-20/22) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard - Artikolu 4 - Twaqqif tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali - Miżura nazzjonali li tikkonċerna biss ċerti prodotti mediċinali meħuda individwalment - Iffissar ta’ prezz massimu ta’ bejgħ ta’ ċerti prodotti mediċinali lill-istabbilimenti tas-saħħa)

    (2023/C 63/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Syndicat Les Entreprises du Médicament (LEEM)

    Konvenut: Ministre des Solidarités et de la Santé

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-kunċett ta’ “friża tal-prezzijiet fuq prodotti mediċinali kollha jew fuq xi kategoriji ta’ prodotti mediċinali” ma japplikax għal miżura li l-għan tagħha huwa li tikkontrolla l-prezzijiet ta’ ċerti prodotti mediċinali kkunsidrati individwalment.


    (1)  ĠU C 119, 14.3.2022


    Top