Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0662

    Kawża T-662/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/51


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2021 – Troy Chemical Company vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-662/21)

    (2021/C 490/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Troy Chemical Company BV (Delft, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: D. Abrahams, Ł. Gorywoda u Z. Romata, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta C (2021) 5968 final tal-5 ta’ Awwissu 2021 li parzjalment tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti mitluba mir-rikorrenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), fit-totalità tagħha;

    taċċetta t-talba għal proċedura mħaffa taħt l-Artikoli 151 u 52 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

    tadotta kull miżura oħra li tista’ tkun meħtieġa mill-ġustizzja;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka motiv wieħed li permezz tiegħu tallega li l-konvenuta kisret it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 – li huwa ksur kemm ta’ “rekwiżiti formali essenzjali” kif ukoll ta’ “dispożizzjoni legali”. Jiġi allegat li l-fatti tal-kawża preżenti ma jiġġustifikawx l-eżenzjonijiet sostnuti mill-konvenuta biex tirrifjuta l-iżvelar ta’ taqsimiet b’informazzjoni oskurata tad-dokumenti mitluba u, f’kull każ, l-interess pubbliku superjuri ta’ trasparenza u pubbliċità tal-proċedura leġiżlattiva jiffavorixxi l-iżvelar sħiħ tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti.


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


    Top