Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0498

    Kawża T-498/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)

    ĠU C 391, 27.9.2021, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 391/26


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2021 – Lotion vs EUIPO (BLACK IRISH)

    (Kawża T-498/21)

    (2021/C 391/36)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Lotion LLC (Woodland Hills, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Deutsch, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BLACK IRISH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 189 156

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 199/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tilqa’ r-rikors għar-reġistrazzjoni tal-prodotti inkwistjoni u tal-prodotti attwalment mitluba fl-applikazzjoni;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti, inkluż fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001;

    Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001;

    Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


    Top